Għar Ta' Optymistychna: Għar tal-ġipsum fl-Ukrajna

L-Għar ta' Optymistychna (bl-Ukren: Оптимістична; li tfisser Għar tal-Ottimiżmu; magħruf ukoll bħala Peschtschera Optimistitscheskaya*) huwa għar tal-ġipsum li jinsab qrib il-villaġġ Ukren ta' Korolivka, fid-distrett ta' Chortkiv, fl-Oblast ta' Ternopil.

Fi ħdan l-għar ġew immappjati madwar 264 kilometru (164 mil) ta' passaġġi. Għaldaqstant, dan huwa l-itwal għar fl-Ewropa u s-seba' l-itwal għar fid-dinja, wara l-Għar tal-Mammut, is-Sistema ta' Sac Actun, l-Għar Ġojjell, Shuanghedong u s-Sistema ta' Ox Bel Ha. Barra minn hekk, dan huwa l-itwal għar tal-ġipsum fid-dinja.

Għar Ta' Optymistychna: Storja, Ġeoloġija, Noti
Id-daħla tal-Għar ta' Optymistychna.

Storja

Il-kumpless tal-għar ġie skopert mill-ispeleologi tal-klabb speleoloġiku ta' Lviv magħruf bħala "Cyclope" fl-1966. Qabel dik id-data ħadd ma kien jaf bih. Minn dak iż-żmien saru iktar minn 50 spedizzjoni, iżda l-esplorazzjoni majnat b'mod sinifikanti dan l-aħħar, u attwalment ma tantx qed isir wisq stħarriġ. L-għar jinsab qrib ħafna tal-Grotta tal-Qassis jew l-Għar ta' Ozerna, il-ħdax-il itwal għar fid-dinja b'tul ta' 130.4 kilometru (81.0 mil), iżda għadu ma nstabx li ż-żewġ għerien huma kkollegati ma' xulxin.

Fl-2008 l-għar ġie rikonoxxut bħala sit naturali tal-għaġeb tal-Ukrajna.

Ġeoloġija

Għar Ta' Optymistychna: Storja, Ġeoloġija, Noti 
Speleotemi fl-Għar ta' Optymistychna.

L-għar kollu jinsab f'erja ta' 2 kilometri kwadri f'saff tal-ġipsum tal-perjodu Neoġen, bi ħxuna ta' inqas minn 30 metru (98 pied). Il-passaġġi tal-għar spiss huma pjuttost żgħar, b'wisgħa ta' mhux iktar minn 3 metri (10 piedi) u b'għoli l-iktar ta' 1.5 metru (5 piedi), għalkemm f'xi intersezzjonijiet l-għoli jaf ikun sa 10 metri (33 pied). Fil-biċċa l-kbira l-passaġġi jkunu mimlijin tajn. Il-passaġġi huma magħmula minn network kumpless fuq diversi livelli, u b'hekk l-Għar ta' Optymistychna xi kultant huwa magħruf bħala l-"għar-labirint".

Fuq is-saff tal-qiegħ tal-ġipsum tal-Għar ta' Optymistychna hemm saff tal-ġebla tal-ġir, li skula fl-għar minħabba l-erożjoni u fforma speleotemi tal-kalċit. F'postijiet oħra, il-ġipsum ifforma kristalli, spiss bi sfumaturi ta' għadd ta' kuluri mill-imluħa minerali. F'xi postijiet fi ħdan l-għar iffurmaw għamliet kbar qishom ward tal-ġipsum, ta' lewn iswed minħabba l-ossidu tal-manganiż.

Noti

  1. *^ Din it-trażlitterazzjoni ntużat matul l-era Sovjetika u ma għadhiex tintuża iktar.

Referenzi

Tags:

Għar Ta' Optymistychna StorjaGħar Ta' Optymistychna ĠeoloġijaGħar Ta' Optymistychna NotiGħar Ta' Optymistychna ReferenziGħar Ta' OptymistychnaEwropaId-DinjaLingwa UkrenaUkrajna

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

ĠappunMaurits Cornelis EscherMadre Tereża ta' KalkuttaEstonjaĠużè ChetcutiEdukazzjoniJoseph CallejaDinosawruVjennaAprilLingwa MaltijaSan Injazju ta' LoyolaSkopjePanamaKanadaLingwa ĠermaniżaSuperphylumKosta RikaJemenL-Awstrija l-GħoljaMostaVeronaJohann Sebastian BachAstronomijaAmburguĠerusalemmMalala YousafzaiLista ta' kodiċi telefoniċiSerpFurnarSant'Antnin ta' PadovaRaħal ĠdidReliġjonWied il-Għajn (Marsaskala)Kamala HarrisSerbjaKilwaTazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2005Fortifikazzjonijiet ta’ KotorMoskaFranzaLingwa uffiċjaliAlbert Einstein.trPariġiBitcoinStatwaMaltaĠorġ Borg OlivierMicrosoftKatidral ta' BurgosInkwiżizzjoni SpanjolaĦaż-ŻebbuġAntikresiOrikteropuAston Villa FC2016L-ImdinaArtiEsperantoPalazz tal-Gran MastruMekkaKorea t'IsfelPremier LeaguePremju Nobel għall-Paċi🡆 More