Siti Penitenzjarji Awstraljani: 11-il sit penitenzjarju madwar l-Awstralja u Sit ta' Wirt Dinji

Is-Siti Penitenzjarji Awstraljani (bl-Ingliż: Australian Convict Sites) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Awstralja magħmul mill-fdalijiet ta' 11-il sit penitenzjarju li oriġinarjament kienu nbnew mill-Imperu Brittaniku matul is-sekli 18 u 19 fuq meded għammiela tul il-kosta Awstraljana f'Sydney, f'Tasmania, fil-Gżira ta' Norfolk, u f'Fremantle; li issa jirrappreżentaw ...l-aqwa eżempji eżistenti ta' trasport fuq skala kbira ta' persuni għal raġunijiet penitenzjarji u l-espansjoni kolonjali tas-setgħat Ewropej permezz tal-preżenza u x-xogħol tal-persuni fis-siti penitenzjarji.

Siti Penitenzjarji Awstraljani: 11-il sit penitenzjarju madwar l-Awstralja u Sit ta' Wirt Dinji
Il-Barrakki ta' Hyde Park

Dawn is-siti ġew inklużi kollha individwalment fil-List Awstraljana tal-Wirt Nazzjonali qabel ma żdiedu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

It-tħejjijiet bdew fl-1995, u s-siti ġew innominati għall-ewwel darba bħala siti indikattivi f'Jannar 2008. Dak it-tentattiv ma rnexxiex, u d-dokument tan-nominazzjoni tfassal mill-ġdid sussegwentement.

Sit ta' Wirt Dinji

Siti Penitenzjarji Awstraljani: 11-il sit penitenzjarju madwar l-Awstralja u Sit ta' Wirt Dinji 
Is-Sit Penitenzjarju ta' Port Arthur, Tasmania

Mill-iżjed minn 3,000 sit penitenzjarju li fadal fl-Awstralja, il-11-il komponent tas-Siti Penitenzjarji Awstraljani ntgħażlu bħala l-eżempji ewlenin tal-era penitenzjarja dinjija u saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Komponenti

Siti Penitenzjarji Awstraljani: 11-il sit penitenzjarju madwar l-Awstralja u Sit ta' Wirt Dinji 
Għadd ta' persuni jaħartu l-art fis-siti penitenzjarji tal-Awstralja fil-bidu tas-seklu 20

Il-11-il komponent tas-Siti Penitenzjarji Awstraljani huma:

  1. Iż-Żona Storika ta' Kingston u ta' Arthur's Vale ("KAVHA"), il-Gżira ta' Norfolk.
  2. Id-Dar Antika tal-Gvern u l-madwar, New South Wales.
  3. Il-Barrakki ta' Hyde Park, New South Wales.
  4. Il-Proprjetajiet ta' Brickendon u ta' Woolmers, Tasmania.
  5. L-Istazzjon ta' Prova ta' Darlington, Tasmania.
  6. It-Triq l-Antika l-Kbira tat-Tramuntana (bl-Ingliż: Old Great North Road), New South Wales.
  7. Il-Fabbrika tan-Nisa ta' Cascades, Tasmania.
  8. Is-Sit Storiku ta' Port Arthur, Tasmania.
  9. Is-Sit Storiku tal-Minjieri tal-Faħam, Tasmania.
  10. Is-Sit Penitenzjarju tal-Gżira ta' Cockatoo, New South Wales.
  11. Il-Ħabs ta' Fremantle, il-Punent tal-Awstralja.

Referenzi

Tags:

AwstraljaEwropaImperu BrittanikuLingwa IngliżaSit ta' Wirt DinjiSydneyUNESCO

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

It-Tieni Gwerra DinjijaSan Franġisk t'AssisiMadre Tereża ta' KalkuttaPapa Benedittu XVINessebarĦamrun Spartans FCKlima ta' MaltaKolossewKanadaTrichechusSanta MarijaSkulturaIkħalReliġjon f'MaltaYouTubeIr-Rabat (Malta)Alternattiva DemokratikaTuniżjaniMediaWikiGwatemalaDensità tal-popolazzjoniFranzaĠuvniIndoneżjaĦaġar QimFlora ta' MaltaXemxCarmelo Borg PisaniCristiano RonaldoBibbjaMikhail GorbachevRumaKelmaTuvaluMontenegroSeychellesBeijingImmakulata KunċizzjoniL-element semitiku fil-MaltiChichén ItzáLingwistikaMicrosoft WindowsAwstraljaBieb il-BeltRobin StjernbergĠeoloġijaClayton FaillaEmirati Għarab MagħqudaTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexMaltaEnċiklopedijaEtjopjaSri LankaNovialKristjaneżmuISBNKunsilli lokali ta' MaltaJum ir-Repubblika (Malta)Ġermanja🡆 More