Il-lingwa Kopta hi lingwa Afro-Asjatika l-aħħar fażi tal-Eġizzjan antik.
Ir-relazzjoni bejn l-ilsien Kopt u l-Eġizzjan antik klassiku, hija simili għal dik li teżisti bejn il-lingwi rumanzi u l-Latin klassiku, b'tali mod li għandu grammatika u karatteristiċi ċarament distinti mill-lingwa tal-iskrizzjonijiet ġeroglifiċi tal-Imperu Nofsani. It-terminu "Kopt/Kopta" beda jintuża għall-lingwa Eġizzjana mill-ewwel seklu wK u baqa' s’issa. Bħala l-lingwa ta' kuljum kienet fl-aqwa tagħha fis-seklu III sas-seklu VI. Illum baqgħet biss bħala lingwa liturġika tal-Knisja Kopta.
L-alfabett Kopt, li ġie introdott fit-tieni seklu qK, hu magħmul mill-ittri tal-alfabett Grieg, miżjud b'sitta jew seba' karattri tal-kitba demotika meħtieġa biex jirrappreżentaw il-ħsejjes li ma jinstabux fil-Grieg.
Il-kopt għandu għadd kbir ta' kliem meħudin mill-lingwa Griega, il-lingwa uffiċjali imposta mit-Tolomej. Fis-seklu V qK kienet il-lingwa użata fil-letteratura fl-Eġittu l-Għoli.
It-terminu kopt/kopta ġej mill-kelma Griega antika Αἰγύπτιος / "Aigúptios" li tfisser Eġizzjan u ġiet mgħawġa mill-Kopti f' "Kuptios". Imbagħad, wara l-konkwisti Għarab tas-641 li għalihom il-kliem Eġizzjan u Nisrani kienu sinonimi inbidlet f' قبط , bl-Għarbi, pronunzjata Qibt fl-Eġittu l-Baxx u Gibt fl-Eġittu l-Għoli u l-Kajr. Din l-aħħar forma, saret "Kopt" fil-lingwi Ewropej u saret isservi bħala l-isem tal-ilsien u l-kitba kif ukoll għan-nies Kopti. Meta l-lingwa Eġizzjana kien ħa postha l-Għarbi fis-seklu XII, il-Kopt baqa' jintuża biss bħala lingwa liturġika, fil-Knisja Monofiżita Kopta, li kienet infirdet mill-Knisja Biżantina fis-seklu V.
L-eqdem kitbiet bil-Kopt huma l-ittri ta' Sant Antonin Abbati (251-356), l-anakoreta tad-deżert. Matul is-sekli III u IV ħafna ekkleżjastiċi kitbu bil-Kopt, fosthom kien Pakomju, li r-regola monastika tiegħu għadha teżisti fil-Knisja Kopta. Id-dokumenti li nstabu f'Nag Ħammadi huma bid-djalett Kopt, imsejjaħ Sagħidi.
Iż-żewġ djaletti prinċipali, jikkorrespondu bejn wieħed u ieħor mal-Eġittu l-Baxx u l-Eġittu Għoli: dawn iż-żewġ djaletti huma:
Minbarra dawn iż-żewġ djaletti prinċipali hemm djaletti oħra inqas importanti bħall-Fajjumi li dam sas-seklu VIII, l-Aħmim u l-Likopolitan
Il-Kopt hu l-unika forma tal-lingwa Eġizzjana antika li l-pronunzja tagħha nafuha minħabba l-użu tas-sistema fonetika Griega u għalhekk għandu importanza kbira għall-filoloġija Eġizzjana.
Il-Kopt tilef it-tmimijiet verbali u nominali tal-Eġizzjan klassiku, b'tali mod li l-flessjoni tiegħu għandha karatteristiċi differenti mqabbla mal-fażijiet iżjed antiki tal-lingwa Eġizzjana. Fil-fatt il-Kopt għandu t-tendenza li jirrappreżenta ċerti relazzjonijiet grammatiċi permezz ta' artikli, prepożizzjonijiet u partiċelli f'kostruzzjonijiet analitiċi b'kuntrast mas-sistema aktar sintetika u flessjonali tal-Eġizzjan klassiku (hemm xi paralleliżmu ma' dak li ġara fil-mogħdija tal-Latin għal-lingwi Rumanzi).
Fil-Kopt hemm żewġ valuri possibbli tal-ġeneru grammatikali (maskili / femminili) li ntirtu mill-Eġizzjan klassiku. It-tmiem antik tal-femminili t sofra xi bidliet fonetiċi u fil-Kopt jidher biss meta jkun segwit minn ċerti suffissi possessivi: ro 'ħalq', rō.k 'ħalqek'; hē 'ġisem', hēt.f 'ġismek'.
Il-Kopt żviluppa l-artiklu mid-dimostrattivi tal-Eġizzjan klassiku, li ma kellux artikli. Dan ifakkarna f'dak li ġara fil-lingwi Rumanzi. Fil-fatt (bħal fil-Franċiż pereżempju) il-ġeneru ta' xi kliem fil-Kopt nistgħu nafuh biss mill-forma tal-artiklu. Il-forom tal-artiklu definit maskili huma: p, pi, pe u l-forom femminili huma t-, ti, te, il-forom kollha għandhom il-plural n- :
Jintuża spiss ukoll l-"artiklu" indefinit li ma jeżistix fl-Eġizzjan klassiku. Dan l-artiklu evolva min-numru wieħed ou.
Il-plural, bl-istess mod bħall-femminili, jingħaraf kważi esklussivament mill-forma tal-artiklu ta' qabel, minħabba li normalment l-għerq fil-plural mhux differenti mis-singular. Madankollu, xi kultant l-għerq għandu forom differenti għas-singular u l-plural, bħala fdal ta' bidla fonetika, differenti mill-forom antiki:
This article uses material from the Wikipedia Malti article Lingwa Kopta, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.