Johannes Wilhelm Hans Geiger (/ˈɡaɪɡər/; pronunzja bil-Ġermaniż: ; twieled fit-30 ta' Settembru 1882 – miet fl-24 ta' Settembru 1945) kien fiżiku Ġermaniż.
Huwa magħruf l-iktar bħala l-koinventur tal-komponent tad-detezzjoni tat-tagħmir tal-għadd ta' Geiger u għall-esperiment ta' Geiger-Marsden li bih ġie skopert in-nukleu atomiku. Huwa kien ħu l-meteorologu u l-klimatologu Rudolf Geiger.
Hans Geiger | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Johannes Wilhelm Geiger |
Twelid | Neustadt an der Weinstraße (en) , 30 Settembru 1882 |
Nazzjonalità | Imperu Ġermaniż Repubblika ta' Weimar Ġermanja Nazista |
Mewt | Potsdam, 24 Settembru 1945 |
Post tad-dfin | Neuer Friedhof Potsdam (en) Grünwald Woodland Cemetery (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta’ Erlangen-Nuremberg |
Livell tal-edukazzjoni | Ph.D. in applied mathematics (en) Dottorat fix-Xjenza |
Direttur tat-teżi | Eilhard Wiedemann (en) Ernest Rutherford (en) |
Studenti dottorali | Lieselott Herforth Ernst Stuhlinger (en) Walther Müller (en) Otto Klemperer (en) Helmut Volz (en) Evangelie Spanidis (Zachos) (en) Otto Haxel (en) |
Lingwi | Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | fiżiku inventur għalliem fl-università fiżiku nukleari laboratory director (en) xjenzat |
Impjegaturi | Physikalisch-Technische Bundesanstalt (en) Università Humboldt ta’ Berlin University of Manchester (en) (1907 - Physikalisch-Technische Reichsanstalt (en) (1912 - Università ta' Kiel (1925 - Università ta' Tübingen (Awwissu 1929 - Università Teknika ta' Berlin (1936 - |
Xogħlijiet importanti | tagħmir tal-għadd ta' Geiger |
Premjijiet | List
|
Nominat għal | uri
|
Sħubija | Saxon Academy of Sciences and Humanities (en) Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina Akkademja tax-Xjenzi Prussjana German nuclear weapons project (en) |
Servizz militari | |
Iġġieldu | L-Ewwel Gwerra Dinjija |
Geiger twieled f'Neustadt an der Haardt, il-Ġermanja. Huwa kien wieħed minn ħames ulied tal-Indologu Wilhelm Ludwig Geiger, li kien professur fl-Università ta' Erlangen. Fl-1902, Geiger beda jistudja l-fiżika u l-matematika fl-Università ta' Erlangen u kiseb dottorat fl-1906. It-teżi tiegħu dwar l-iskariki elettriċi mill-gassijiet. Huwa sar sħab fl-Università ta' Manchester u ħadem bħala assistent ta' Arthur Schuster. Fl-1907, wara li Schuster irtira, Geiger beda jaħdem mas-suċċessur tiegħu, Ernest Rutherford, u fl-1908, flimkien ma' Ernest Marsden, wettaq l-esperiment famuż ta' Geiger-Marsden (magħruf ukoll bħala l-"esperiment tal-fojl tad-deheb"). Dan il-proċess ippermettielhom jgħoddu l-partiċelli alfa u wassal biex Rutherford jibda jaħseb dwar l-istruttura tal-atomu.
Fl-1911 Geiger u John Mitchell Nuttall skoprew il-liġi (jew ir-regola) ta' Geiger-Nuttall u wettqu esperimenti li wasslu għall-mudell atomiku ta' Rutherford.
Fl-1912, Geiger sar kap tar-riċerka dwar ir-radjazzjoni fl-Istitut Nazzjonali Ġermaniż tax-Xjenza u t-Teknoloġija f'Berlin. Hemmhekk huwa ħadem ma' Walter Bothe (rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1954) u ma' James Chadwick (rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1935). Ix-xogħol waqaf ħesrem meta Geiger daħal mal-militar Ġermaniż matul l-Ewwel Gwerra Dinjija bħala uffiċjal tal-artillerija mill-1914 sal-1918.
Fl-1924, Geiger uża t-tagħmir tiegħu biex jikkonferma l-effett ta' Compton li għen biex Arthur Compton jirbaħ il-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1927.
Fl-1925, huwa beda jaħdem bħala għalliem fl-Università ta' Kiel, fejn fl-1928 Geiger u l-istudent tiegħu Walther Müller ħolqu verżjoni mtejba tat-tubu ta' Geiger, it-tubu ta' Geiger-Müller. Dan l-apparat ġdid mhux biss wassal għad-detezzjoni tal-partiċelli alfa, talli anke għad-detezzjoni tal-partiċelli beta u gamma, u huwa l-bażi għat-tagħmir tal-għadd ta' Geiger.
Fl-1929 Geiger sar professur tal-fiżika u direttur tar-riċerka fl-Università ta' Tübingen fejn għamel l-ewwel osservazzjonijiet tiegħu ta' "xita" ta' raġġi kożmiċi. Fl-1936 huwa beda jaħdem fit-Technische Universität Berlin (l-Università Teknika ta' Berlin) fejn kompla bir-riċerka dwar ir-raġġi kożmiċi, il-fissjoni nukleari, u r-radjazzjoni artifiċjali sa mewtu fl-1945.
Mill-bidu tal-1939 sa wara l-iskoperta tal-fissjoni atomika, Geiger kien membru tal-Klabb tal-Uranju, il-grupp ta' investigazzjoni Ġermaniż tal-armi nukleari matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-grupp sfaxxa fl-1942 wara li l-membri tiegħu bdew jemmnu (b'mod żbaljat, kif ħareġ iktar 'il quddiem) li l-armi nukleari ma kienx se jkollhom rwol sinifikanti biex tintemm il-gwerra.
Għalkemm Geiger iffirma petizzjoni kontra l-interferenza tal-gvern Nażista fl-universitajiet, huwa ma pprovda l-ebda appoġġ lill-kollega Hans Bethe (rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1967) meta tkeċċa għaliex kien Lhudi.
Geiger għadda mill-Battalja ta' Berlin u l-okkupazzjoni Sovjetika sussegwenti f'April/Mejju 1945. Xahrejn wara huwa ttrasferixxa ruħu f'Potsdam, u miet hemmhekk xahrejn wara l-attakki atomiċi fuq Hiroshima u Nagasaki fil-Ġappun.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Hans Geiger, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.