Il-kronoloġija ta' paġna tikkonsisti minn lista ta' varjetà ta' verżjonijiet tal-paġna wara modifiki mill-utenti.
Navigazzjoni |
---|
Tfittxija, [ Mur ] |
Links li jwasslu hawn |
Paġna kwalunkwe |
Paġni speċjali |
Verżjoni għall-ipprintjar |
Tibdil |
Tibdil riċenti |
Tibdil relatat |
Lista t'osservazzjoni |
Kronoloġija |
Diff |
Paġna ta' l-immaġini |
Kontribuzzjonijiet |
Kontijiet |
Login |
Preferenzi |
immodifika dan l-indiċi |
Fil-prattika, kull modifika tiġġenera verżjoni ġdida tal-paġna, identifikata permezz ta' numru u tad-data u l-ħin eżatt meta sar l-editjar. Il-verżjonijiet kollha preċedenti jiġu arkivjati u disponibbli għall-konsultazzjoni, flimkien mal-informazzjoni dwar kull modifika unika. Għalhekk hu possibli li wieħed jeffetwa xi paragun bejn żewġ verżjonijiet.
Il-kronoloġija hi disponibbli għal kull paġna tal-enċiklopedija, barra xi paġni speċjali li huma ġenerati awtomatikament. Biex tmur fuq il-kronoloġija, ikklikja fuq il-link li jġib l-istess isem fuq il-parti ta' fuq tal-paġna, jew inkella utilizzaw l-għodda "cron" disponibbli f'diversi paġni ta' servizz, bħal eżempju "Tibdil riċenti", "Tibdil relatat", "Kontribuzzjonijiet tal-utent" u "Lista t'osservazzjoni". Jekk fil-preferenzi għażilt li jintuża "Tibdil riċenti avanzati", ikun hemm disponibbli wkoll l-għodda tal-"Verżjoni preċedenti".
Il-paġni li kienu mħassra (mhux dawk il-paġni li l-kontenut tagħhom kien imħassar) ikollhom eċċezzjoni fejn l-uniku dokument viżibbli għal dawk li mhumiex amministraturi hu l-"log" tal-kanċelazzjoni. Madanakollu, il-kronoloġija tkun konservata u tkun tista' tiġi rkuprata minn amministratur.
Il-politika tal-konservazzjoni tal-kronoloġija tal-paġni mħassra ma kinitx użata fil-bidu tal-Wikipedija. Il-kronoloġiji tal-paġni mħassra f'dak il-perjodu ma kinux disponibbli.
Meta wieħed jidħol fil-kronoloġija ta' xi paġna, tiġilek tidher paġna b'diversi linji. Kull linja tikkorrispondi għal modifika li saret f'dik l-istess paġna (ikun hemm biss linja waħda jekk tkun ikkrejata paġna imma l-ebda modifika ma tkun saret wara l-kreazzjoni). Dawn il-linji huma taħt ordni kronoloġiku, u b'hekk l-aktar linja għolja hi l-aħħar modifika li saret; dik kurrenti.
Partikularment, kull linja tikkonsisti minn (mix-xellug għal-lemin):
Jekk intużat fil-passat l-għodda tat-"tmexxija ta' paġna" biex jitbiddel l-isem ta' paġna, l-istorja kollha tal-artiklu, qabel u wara t-trasferiment, jidhru. It-titlu l-antik isir redirect u jitlef l-istorja ta' modifiki. Jekk żewġ paġni jiġu magħqudin f'paġna waħda, tipikament waħda ssir redirect. F'dan il-każ, ir-reviżjoni tal-kronoloġija tar-redirect jibqa' miżmum.
Stampa (u ġeneralmemt, kwalunkwe fajl li jkun imtella fis-server) tista' tiġi modifikata, jew aktar komuni, verżjoni ġdida tal-fajl tkun imtella billi ttella' fajl bl-istess isem. Kull verżjoni tibqa' salvata. Il-kronoloġija tal-istampa tidher fil-parti tad-deskrizzjoni, li tidher fil-paġna tal-istampa.
Stampi li ġew imħassra (mhux stampi li ma jintużawx f'artikli) mhumiex miżmuma, fejn l-unika rekord li hu disponibbli hu r-reġistru tal-fajls imtella', ir-reġistru tat-tħassir u possibilment fl-arkivju tal-"voti għat-tħassir".
Permezz ta' Special:Export is-sors tal-kodiċi tal-verżjoni attwali u tal-verżjonijiet preċedenti bl-informazzjoni kollha tal-kronoloġija tista tiġi miġbura flimkien f'fajl XML. Aktar minn hekk, anki l-lista tal-paġni tista' tkun mixħuta f'fajl wieħed. Dan jippermetti biex wieħed ikun jista' jfittex test partikulari f'verżjonijiet flimkien. Ara wkoll Għajnuna:Export.
Li wieħed iżomm arkivju ta' test partikulari f'paġna oħra, kontenut li mhux aktar ta' użu imma ta' konservazzjoni, hi teknika aħjar milli wieħed jibbaża ruħu fuq il-kronoloġija: it-test arkivjat f'paġna oħra jista' jkun misjub mill-muturi ta' riċerka u bl-użu tal-funzjoni ta' riċerka ta' MediaWiki. Il-kontenut tal-paġni l-qodma jista' jkun imfittex biss, jekk l-esportazzjoni kienet effetwata. Aktar minn hekk, il-paġni tal-arkivju jistgħu jkunu organizzati u jistgħu jitpoġġew xi titli deskrittivi, waqt li fil-kuntrarju s-sommarju tal-modifiki ma jistgħu jkunu rkuparti. Hu possibli li jiġi fornit indiċi tal-verżjonijiet antiki tal-paġni.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Għajnuna:Kronoloġija, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.