Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision

Il-Bulgarija pparteċipat fil-Festival tal-Eurovision ħames darbiet.

Bulgarija
Bulgarija
Stazzjon membru BNT
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 2005
L-aqwa riżultat 5 (2007)
L-agħar riżultat 19 SF (2005)
Ħoloq esterni
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv]

Il-Bulgarija kkompetew l-ewwel darba fil-Festival tal-Eurovision 2005, fejn ġew rappreżentati mill-grupp jazz Kaffe bil-kanzunetta "Lorraine". Huma rċevew 49 punt, fejn ikklassifikaw fid-dsatax-il post, però naqsu li jagħmluha għall-finali. Is-suċċessur tagħhom kienet Mariana Popova b'"Let Me Cry", fejn din ukoll ma kantantx fis-serata finali wara li spiċċat fis-sbatax-il post b'36 punt fis-semifnali.

L-ewwel kwalifikazzjoni għall-finali waslet fl-2007 meta Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov kantaw il-kanzunetta "Voda". Fis-semifinali waslu sas-sitt post b'146 punt u b'hekk kellhom l-aċċess għall-finali. B'din il-kanzunetta, l-ewwel darba fl-istorja li kienet bil-lingwa Bulgara, Todorova u Yankulov irrepetew il-prestazzjoni fis-semifinali, fejn fil-finali kklassifikaw fil-ħames post minn total ta' 24 parteċipant, b'total ta' 157 punt.

Minħabba t-tibdil fir-regoli, il-Bulgarija xorta waħda ma kellhiex id-dritt li tikkwalifika għall-finali tas-sena suċċessiva, fejn b'hekk f'Belgrad, is-Serbja, kellha tikkompeti f'waħda mis-semifinali tal-edizzjoni tal-2008. Deep Zone u Balthazar bil-kanzunetta "DJ, Take Me Away", ma rnexxielhomx jirrepetu s-suċċess tas-sena ta' qabel fejn b'56 punt spiċċaw barra mill-finali. Lanqas ir-rappreżentant suċċessiv, Krassimir Avramov, ma sab post fil-finali meta l-Bulgarija kisbet biss is-sittax-il post tas-semifinali, biex b'hekk tkompli bi rekord xejn sabiħ ta' finali waħda minn ħames tentattivi.

Rappreżentanti

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2005 Kaffe Lorraine 19 49
2006 Mariana Popova Let Me Cry 17 36
2007 Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov Voda (Вода) 5 157 6 146
2008 Deep Zone u Balthazar DJ, Take Me Away 11 56
2009 Krassimir Avramov Illusion 16 7

Votazzjoni

Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision 
Elitsa Todorova u Stoyan Yankulov f'Ħelsinki (2007)
Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision 
Deep Zone u Balthazar f'Belgrad (2008)

Il-Bulgarija tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Greċja 46
2 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Armenja 24
3 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Maċedonja 23
4 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Russja 21
5 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Turkija 19

Il-Bulgarija rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Greċja 12
2 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Ċipru 10
= Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Ungerija 10
= Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Spanja 10
3 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Maċedonja 8
4 Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Repubblika Ċeka 7
= Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Malta 7
= Bulgarija Fil-Festival Tal-Eurovision  Slovenja 7

Referenzi

Tags:

BulgarijaFestival tal-Eurovision

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Ġnus MagħqudaIben Abi ŻargħBurmaFK PartizanArabja SawdijaInnijiet ta' Dun Karm PsailaItaljaMekkanika kwantistikaSeklu 17Papa Benedittu XVIWikisorsLingwa PollakkaMediterranVjetnamSierra LeoneAttakki tal-11 ta' SettembruIżlamDugong dugonJum il-Ħelsien (Malta)AfrikaUkrajnaAlfabettRebbiegħa ta' PragaIl Canto degli ItalianiTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Klima ta' MaltaKirgiżistanFutbolVirginia WoolfMarraraRigaKażakistanKomuniżmuPjanetaPakistanStatwaParagwajBażilika ta' Sant' ElenaImmakulata KunċizzjoniIżlam SunniKnisja tal-LunzjataWashington (Distrett ta' Columbia)Lingwa MaltijaJohann III BernoulliBukarestGiacomo ZanellaBarack ObamaAlfabett MaltiOliver FriggieriBuddiżmuMongoljaSkarpanJohann Sebastian BachJames CookDun Karm PsailaCinque TerreForzi Armati RussiUniversità ta' CoimbraReliġjon f'MaltaRenju UnitTim nazzjonali tal-futbol ta' SpanjaKapitali Ewropea tal-KulturaLausanneLingwa IngliżaĦong KongCommonwealth tan-NazzjonijietSirja🡆 More