Amazigh Marokkin Standard: Lingwa

L-Amazigh Marokkin Standard (bl-Ingliż: Standard Moroccan Amazigh; ⵜⴰⵎⴰⵣⵉⵖⵜ ⵜⴰⵏⴰⵡⴰⵢⵜ; bl-Għarbi: الأمازيغية المعيارية), magħrufa wkoll bħala Tamazight Marokkin Standard jew Berberu Marokkin Standard, hija lingwa standardizzata mill-Istitut Irjali tal-Kultura Amazigh (IRCAM) fil-Marokk li tħaddan karatteristiċi tat-Tashelhit, tat-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, tat-Tarifit, it-tliet lingwi Amazigh ewlenin fil-Marokk.

Ilha lingwa uffiċjali tal-Marokk mill-2011.

L-Amazigh Marokkin Standard tipikament issir referenza għaliha bħala Tamazight, Amazigh, jew Berberu, għalkemm dawn it-termini jistgħu jintużaw biex jirreferu għal kwalunkwe lingwa Amazigh oħra, jew għal-lingwi Amazigh inġenerali, inkluż dawk 'il barra mill-Marokk.

Storja

Mill-1993, madwar 40-60 fil-mija tal-Marokkini kienu jitkellmu bit-Tamazight, u kienu jirreferu għat-Tashelhit, għat-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, jew għat-Tarifit, bħala lingwa nattiva. Wara l-indipendenza tal-Marokk fl-1956, l-attivisti favur l-Amazigh bdew jappellaw għall-inklużjoni akbar tat-Tamazight fil-kuntesti uffiċjali u pubbliċi. L-assoċjazzjonijiet kulturali bdew jitolbu wkoll għall-istandardizzazzjoni tat-Tamazight fis-snin 80 tas-seklu 20.

Fl-2001 tħabbru l-ħolqien tal-IRCAM u rwol tiegħu fit-tagħlim tat-Tamazight fil-klassijiet. Dan l-iżvilupp kien jeħtieġ l-istandardizzazzjoni tal-kitba tat-Tamazight u l-ħolqien tad-dizzjunarju, tal-kotba akkademiċi u tal-materjal tat-tagħlim.

Fl-2011, il-kostituzzjoni Marokkina ġiet emendata biex it-Tamazight jiżdied bħala lingwa uffiċjali.

Żvilupp

Sabiex jiżviluppa l-Amazigh Marokkin Standard, l-IRCAM analizza s-sorsi bil-miktub tat-Tashelhit, tat-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, u tat-Tarifit. F'dan il-proċess, żdiedu 3,584 verb mal-vokabularju standardizzat. Il-kliem u l-istrutturi sintattiċi b'tifsiriet identiċi fost il-lingwi żdiedu bħala sinonimi; pereżempju, kemm it-taddart, il-kelma bit-Tamazight tal-Atlas Ċentrali għal "dar", u t-tigammi, il-kelma bit-Tashelhit għal "dar", tfisser "dar" fl-Amazigh Marokkin Standard.

Sabiex iżid il-kliem li ma jeżistix fit-Tashelhit, fit-Tamazight tal-Atlas Ċentrali, jew fit-Tarifit, l-IRCAM issellef mil-lingwi Amazigh minn barra l-Marokk fejn kien possibbli, jew inkella fejn dan ma kienx possibbli silet kelma ġdida mil-lessiku eżistenti tat-Tamazight.

Ortografija

It-Tamazight tipikament inkiteb bil-kitba Għarbija, bl-alfabett Latin Berberu, jew bit-Tifinagh. Bħala parti mill-proċess tal-istandardizzazzjoni, fl-2003 l-IRCAM għażel it-Tifinagh, b'referenza għan-Neo-Tifinagh, bħala l-ortografija tal-Amazigh Marokkin Standard. Id-deċiżjoni kienet kontroversjali kemm fi ħdan kif ukoll barra l-kumitat li ħa d-deċiżjoni, peress li ttieħdu għal raġunijiet politiċi iktar milli prattiċi; il-biċċa l-kbira tal-kelliema Marokkini tat-Tamazight ma jużawx it-Tifinagh.

Il-verżjoni tan-Neo-Tifinagh li uża l-IRCAM hija kemxejn differenti minn verżjonijiet oħra. Mill-2016, l-użu tat-Tifinagh ġie ristrett primarjament għas-sinjali pubbliċi u għal użi kulturali oħra li jispikkaw; ma tant jintuża wisq fl-edukazzjoni jew fil-mezzi tax-xandir.

Kritika

L-adozzjoni tal-2003 tat-Tifinagh intlaqgħet minn kritika mifruxa, b'mod partikolari fost l-attivisti tal-Amazigh, li jħossu li din l-għażla ma kinitx prattika u tillimita l-promozzjoni tat-Tamazight. Il-biċċa l-kbira tal-kelliema Marokkini tal-Amazigh jużaw l-alfabett Latin, iktar milli t-Tifinagh, u l-alfabett Latin huwa l-kitba uffiċjali li tintuża għal-lingwi Amazigh 'il barra mill-Marokk. B'hekk, l-adozzjoni tat-Tifinagh titqies bħala limitanti, kemm fil-Marokk kif ukoll fil-kollegament tal-Marokk mal-kultura usa' tal-Amazigh fit-Tramuntana tal-Afrika, u l-eħrex kritiċi tad-deċiżjoni jqisuha bħala ħadma intenzjonali mill-gvern. Il-lingwista Salem Chaker argumenta li d-deċiżjoni kienet "perikoluża" u maħsuba biex "[tixpruna] dan il-perjodu tranżizzjonali tal-kitba u tat-tagħlim tal-Amazigh lejn sqaq li ma jinfidx". Madankollu, il-biċċa l-kbira li mhumiex attivisti kienu kontra l-adozzjoni uffiċjali tal-alfabett Latin għall-Amazigh, u stħarriġ tal-2011 sab li 45.5 % ta' dawk li wieġbu qablu li t-Tifinagh kienet il-kitba l-iżjed xierqa biex biha jinkiteb it-Tamazight.

Fil-prattika, filwaqt li t-tliet lingwi kollha jintużaw fil-kotba akkademiċi tal-iskola primarja, it-Tashelhit milli jidher huwa l-bażi prinċipali tal-istandard użat fil-materjal tal-lingwa Amazigh prodott mill-Istitut Irjali tal-Kultura Amazigh, issupplimentat minn bosta neoloġiżmi puristiċi. Dan wassal biex xi kritiċi jargumentaw li l-"politika lingwistika" uffiċjali tal-Marokk qed timmarġinalizza l-lingwi Berberi tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-Marokk, u minn taħt qed twassal biex il-lingwi Berberi kollha tal-Marokk isiru "mhux standard", b'mod partikolari dawk li l-kelliema tagħhom ma jidentifikawx ruħhom ma' xi waħda mit-tliet lingwi ewlenin użati mill-IRCAM, bħall-Iznasen fil-Grigal imbiegħed, is-Senhaja-Ktama fit-Tramuntana, it-Tamazight tal-Lvant tal-Atlas fil-Marokk ċentrali, il-Figuig, u l-Berberu tax-Xlokk.

Referenzi

Tags:

Amazigh Marokkin Standard StorjaAmazigh Marokkin Standard ŻviluppAmazigh Marokkin Standard KritikaAmazigh Marokkin Standard ReferenziAmazigh Marokkin StandardGħarbiKulturaLingwaLingwa IngliżaMarokk

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Microsoft WindowsLiċenzja Creative CommonsJimmy WalesIrħula ta' MaltaBloggRabat (Għawdex)MoldovaBudapestTony CamilleriBrunejRelazzjoni sesswaliAwstraljaTimes of MaltaBuskettReliġjon LhudijaMoskaSantu WistinArkeoloġijaGħasriKimikaTaġikistanĊittadellaBolivjaArġentier (tad-deheb)Lingwa LatinaKievKnisja KattolikaNiġerjaLingwa IngliżaAwwissuDonato BramanteThe DoorsKizhi PogostKubaLingwa tas-Sinjali MaltijaKawkasu tal-PunentLingwa MaltijaBirkirkaraBurmaYouTubeIndoneżjaRishi SunakKarnival ta' MaltaPalazz ta' Sant'AntonGalileo GalileiPapa Benedittu XVIArabja SawdijaCharles CashaGħawdexNies Maltin li mietu fl-2024MellieħaPariġiArmenjaAfganistanĦelsien (rumanz)AprilMiriam Spiteri DebonoKelb🡆 More