Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision

L-Albanija ipparteċipat fil-Festival tal-Eurovision seba' darbiet, fejn iddebuttat fl-2004.

L-aqwa pożizzjoni ġiet fis-sena debuttanti, fejn Anjeza Shahini kisbet is-seba' post bil-kanzunetta "The Image Of You". Minħabba li spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Albanija kellha post garantit fil-finali fejn Ledina Çelo interpretat "Tomorrow I Go". Ledina ma tantx kisbet riżultat tajjeb, fejn spiċċat fis-sittax-il post u b'hekk kellha tikkompeti fis-semi-finali.

Albanija
Albanija
Stazzjon membru RTSH
Selezzjoni nazzjonali Festivali I Këngës
Parteċipazzjoni
Dehriet 8
L-ewwel dehra 2004
L-aqwa riżultat 7 (2004)
L-agħar riżultat 17 SF (2007)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

La Luiz Ejlli u lanqas Frederik Ndoci ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mis-semifinali. Olta Boka, ir-rappreżentatriċi tal-Albanija fl-2008, irnexxielha takkwista l-ewwel finali wara assenza ta' sentejn.

Għall-Festival tal-Eurovision 2009, l-Albanija kienet l-ewwel pajjiż li għażlet kemm l-artist kif ukoll il-kanzunetta għal dan il-konkors. Ir-rebbieħ ġie magħżul mill-festival nazzjonali, Festivali I Këngës. Ir-rebbieħa kienet Kejsi Tola bil-kanzunetta "Më merr në ëndërr" (Ħudni fil-ħolm tiegħek), li ġiet komposta minn Edmond Zhulali u Agim Doçi, li t-tnejn li huma kkomponu l-kanzunetta tal-ewwel parteċipazzjoni tal-Albanija. Il-kanzunetta tkantat bl-Ingliż bħala "Carry Me in Your Dreams". Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Albanija ikkwalifikaw għall-finali wara s-seba' post miksub fis-semifinali. Finalment, Kejsi Tola waslet sas-sbatax-il post b'48 punt.

Rappreżentanti

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2004 Anjeza Shahini "The Image Of You" 7 106 4 167
2005 Ledina Çelo "Tomorrow I Go" 16 53 X X
2006 Luiz Ejlli "Zjarr E Ftohtë" X X 14 58
2007 Aida u Frederik Ndoci "Hear my Plea" X X 17 49
2008 Olta Boka "Zemrën lamë peng" 16 55 9 67
2009 Kejsi Tola "Carry Me in Your Dreams" 17 48 7 73
2010 Juliana Pasha "It's All About You" 16 62 6 76
2011 Aurela Gaçe "Feel the Passion" X X 13 47
2012 Rona Nishliu "Suus" 5 146 2 146
2013 Adrian Lulgjuraj & Bledar Sejko "Identitet"

Votazzjoni

Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision 
Frederik Ndoci f'Ħelsinki (2007)
Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision 
Olta Boka f'Belgrad (2008)

L-Albanija tat l-aktar punti lil:

Nru. Pajjiż Punti
1 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Greċja 85
2 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Turkija 61
3 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Bosnja-Ħerzegovina 48
4 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Spanja 29
5 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Ġermanja 26

L-Albanija irċiviet l-aktar punti minn:

Nru. Pajjiż Punti
1 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Maċedonja 55
2 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Greċja 47
3 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Żvizzera 39
4 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Kroazja 26
4 Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision  Turkija 26

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Albanija Fil-Festival Tal-Eurovision RappreżentantiAlbanija Fil-Festival Tal-Eurovision VotazzjoniAlbanija Fil-Festival Tal-Eurovision ReferenziAlbanija Fil-Festival Tal-Eurovision Ħoloq esterniAlbanija Fil-Festival Tal-EurovisionFestival tal-EurovisionFestival tal-Eurovision 2004

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Storja ta' MaltaGħawdexNapuljun III ta' FranzaXagħraKenjaImmakulata KunċizzjoniLingwa LatinaNisa fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ MaltaKuwajtL-Innu MaltiPsikoloġijaFrancesco TottiVallettaTupaia chrysogasterMichael CarrickSan FranciscoLudmila ChristesevaStorja tal-KristjaneżmuĠużè BonniciMadre Tereża ta' KalkuttaAwstraljaMammiferuGħarbZeca PagodinhoTupaia palawanensisWikiversitàTorri ta' San TumasGħar DalamUnjoni EwropeaBerri-UQAM (metro ta' Montreal)Santa Luċija, MaltaGambjaIpoġew ta' Ħal SaflieniXagħra United F.C.Amedeo ModiglianiKavallier ta’ San ĠakbuKorfùĠorġ PisaniOrdni ta' San ĠwannFurnarKarmenu VassalloUS Sassuolo CalcioFutbolIdroġenuMarlee MatlinNicolae CeaușescuAteiżmuGreeting batterijaOmeruEmma WatsonQala Saints FCQamarMdinaKarl MarxHector BrunoIżraelCristiano RonaldoĦal Għaxaq🡆 More