Id-Dinja tagħmel parti mis-sistema solari, li fiċ-ċentru tagħha tinsab ix-xemx li għandha 99.86% mill-massa tas-sistema solari kollha.
Il-kamp gravitazzjonali assoċjat mal-massa tax-xemx jiġbed il-bqija tal-kostiwenti l-oħra, inkluża id-Dinja, jorbitaw madwarha. Il-maġġor parti tal-oġġetti jinsabu fuq l-istess pjan, jorbitaw max-xemx fl-istess direzzjoni.
Id-Dinja hi t-tielet pjaneta 'l bogħod mix-xemx u hi waħda mill-erba' pjaneti terrestri, dawn tal-aħħar jinsabu fis-sistema solari ġewwinija. L-eqreb pjaneta tax-xemx hi Merkurju, segwita minn Venere. Wara d-Dinja hemm Marte, u mbagħad insibu l-Ġganti Gassużi, Ġove, Saturnu, Uranu, u Nettunu. Iċ-ċkejkna Plutone tinsab fit-tarf tas-sistema solari.
Id-Dinja għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. L-unika pjaneta terrestri oħra li għandha xi qmura hi Marte, iżda l-ġganti gassużi għandhom familji sħaħ minnhom waqt li Plutone għandha waħda biss: Karonte.
Membri oħra tas-sistema solari huma l-asterojdi roċċużi li jinsabu l-aktar fl-orbiti ta' bejn Marte u Ġove. Fis-Sistema solari nsibu wkoll il-Faxxa ta' Kuiper li tinsab lil hinn mill-orbita ta' Nettunu, insibu wkoll il-Kometi li joriġinaw mis-Sħaba ta' Oort li tiżboq mad-dawra kollha tas-Sistema solari. Dawn il-korpi huma fdal mill-formazzjoni tas-Sistema solari.
Ir-riħ solari, fluss ta' plasma ġej mix-xemx, jinfirrex mas-sistema solari kollha. Dan joħloq bużżieqa fil-materjal interstellari magħrufa bħala eljosfera, li testendi lil hinn minn nofs tad-diska diffusa.
Lejn in-nofs tal-2008, ħames oġġetti tas-sistema solari ġew ikklassifikati bħala pjaneti nani: Ċerere, li tinsab fil-faxxa ta' l-asterojdi, u erba' korpi oħra misjuba lil hinn mill-orbita ta' Nettunu, Plutone (li qabel kien meqjus bħala d-disa' pjaneta), Haumea, Makemake, u Eris.
Sitta mill-pjaneti u tlieta mill-pjaneti nani għandhom madwarhom satelliti naturali, barra minn hekk kull pjaneta esterna hi mdawra minn ċrieket planetarji ta' trab u ta' partiċelli oħrajn.
Huwa diffiċli tispjega il-kobor tas-sistema solari; wieħed jista' biss bejn wieħed u ieħor iqisha bħala sfera irregolari b'dijametru ta' madwar 80 UA. Ġos-Sistema solari l-spazju bejn il-korp ċelesti mhux vojt, fih trab, gassijiet u partiċelli elementari li jagħmlu il-materjal interplanetarju.
Ix-xemx għandha importanza ewlenija, dan għaliex barra li hija l-unika stilla jew kewkba, u għaldaqstant l-unika għajn ta' enerġija termika tas-sistema, hija wkoll iċ-ċentru gravitazzjonali.
L-ikbar korp ċelesti tas-sistema solari hija appuntu x-xemx (il-kewkba SOL), li minnha tieħu l-isem is-sistema kollha. Skont id-definizjoni ta' pjaneta il-ġdida, stabilita fil-kongress tal-Unjoni Astronomika Internazjonali tal-24 t'Awwissu 2006: madwar ix-xemx iduru tmien pjaneti, hawn imniżżla skont l-ordni tad-distanza mix-xemx:
Barra minn dawn, insibu fis-Sistema ħames pjaneti nani: Ċerere, Plutone u Eris,Haumea, Makemake. Pjaneta nana mhux neċessarjament tkun iċken minn pjaneta normali: però hi ċkejken wisq biex tnadaf l-orbita tagħha minn korpi oħra ta' daqsijiet sinifikattivi. Il-pjaneti nani s'issa msemmija mill-Unjoni Astronomika Internazjonali, infatti, jaqsmu l-orbiti tagħhom ma' mijiet ta' oġġetti oħra (fil-każ ta' Ċerere, forsi ma' miljuni).
Skont l-esperti fil-qasam jingħad illi x-xemx u l-pjaneti ffurmaw minn nebuluża ta' gassijiet interstellari, madwar 4,6 eoni ilu. (Eon wieħed huwa biljun sena).
Il-prova ta' oriġini komuni hija kkonfermata fl-analiżi ta' xi regolaritajiet fl-imġiba tal-pjaneti, li jduru kollha l-istess madwar ix-xemx.
Skont it-teoriji attwali, in-nebulosa tal-bidu kellha temperaturi baxxi u kienet magħmula minn idroġenu u elju, minn varjetà kbira ta' elementi kimiċi itqal u minn trabijiet.
Madwar ħames biljun sena ilu fin-nofs tan-nebuluża (sħab spazzjali) wisq probbabbli ikkrajat ruħha parti aktar densa u għalhekk in-nube, taħt il-forza gravitazzjonali, ipotetikament bdiet tixtorob.
Fi ftit miljuni ta' snin, fiż-żona ċentrali, id-densità u t-temperatura setgħu għolew tant li ġiet iffurmata il-proto-xemx. Kontemporanjament, il-kontrazzjoni setgħet ikkawżat żieda fil-ħeffa tad-dawrin tal-qawwa ċentrifuga tas-sistema. Għalhekk jista' jkun li n-nube iċċatjajt, u ħadet id-dehra li tixbah diska rotanti madwar ix-xemx. Il-tiġrif gravitazzjonali tal-massa tal-proto-xemx jista' jkun li kkawżat żieda fit-temperatura tal-qalba.
Fil-fażijiet finali tal-proċess, riħ xemxi qawwi seta' ġibet lejn ir-reġjuni barranin l-elementi ħfief kollha, partikolarment l-idroġenu u l-elju.
Waqt li l-qalba tal-proto-xemx kienet qiegħed tisħon sa ma laħqet temperaturi biżżejjed jiżirġu għar-reazzjonijiet termonukleari, fid-diska li ddawwar bdew jikbru iġsma tul xi kolliżjonijiet u jiġbdu lejhom frak iċken preżenti fl-ispazju li jiċċirkondha. Hu fuq din l-ipoteżi jista' jingħad li hekk ifformaw il-proto-pjaneti, li minnhom ġew il-pjaneti attwali, waqt li l-proto-xemx saret stilla safra u stabbli.
Eris (uffiċjalment 136199 Eris, u qabel 2003 UB313) kien skopert minn Michael E. Brown, Chad Trujillo, u David Rabinowitz fil-5 ta' Jannar, 2005, minn ritratti li ttieħdu fil-21 ta' Ottubru, 2003. Huma riedu jagħtuha l-isem Ksina (en: Xena) iżda l-Unjoni Astronomika Internazjonali, l-għaqda internazzjonali tal-Astronomija tatha l-isem tal-alla Grieg tad-diżarmonija, Eris. L-isem latin hu Discordia. Wieħed mir-raġuni għala ntgħażel dan l-isem hu biex jirrifletti t-taħwid u l-konfużjoni li hemm fil-komunità tal-astronomi dwar in-natura tal-oġġett (il-pjaneta nana).
Kważi l-pjaneti extrasolari kollha (dawk barra s-Sistema solari) skoperti s'issa għandhom massa daqs jew ikbar minn ta' Ġove, l-ikbar pjaneta tagħna (l-unika eċċezzjoni hija komposta minn tliet pjaneti orbitanti pulsar, il-fdal minn splużjoni ta' supernova. Dawn huma l-uniċi tliet pjaneti ekstrasolari ta' massa simili għal-Art). Il-mottiv huwa derivat minn effett ta' selezzjoni, li fih l-istrumenti tagħna huma kapaċi li jaraw biss pjaneti kbar ħafna u biswit għall-istilla tagħhom, għax l-effetti gravitazzjonali tagħhom huma ikbar u allura iktar faċli li jidhru. Jeżistu probabilment, ħafna iktar pjaneti ekstrasolari li għadna ma nistgħux niskopru. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-pjaneti skoperti s'issa, mhux simili għall-ġganti gassużi li nafu, għax huma tant viċin l-istilla tagħhom li għandhom temperaturi elevati (anki sa' eluf ta' gradi għal xi wħud), u spiss ikollhom orbita altament ellittika, li twassalhom alternattivament, viċin u 'l bogħod mill-istilla tagħhom.
Il-pjaneti tas-Sistema solari ġewwinija jissejħu Pjaneti Terrestri. Dawn il-Pjaneti għandhom atmosferi ħfief b'kuntrast mal-erba' pjaneti gassużi jew pjaneti Ġovali li jinsabu fis-Sistema solari barranija.
Il-Pjaneti Gassużi huma prinċipjalment magħmula minn materjal ta' nebula solari. Dawn jinsabu 'l bogħod wisq mix-xemx biex il-gassijiet u t-trabijiet li jiffurmawhom jevaporaw bħal fis-Sistema solari ġewwinja li hija iktar sħuna bill hi eqreb lejn ix-xemx. Il-ġganti gassużi huma massivi biżżejjed biex iżżommu l-atmosfera oriġinali.
Sal-1781, kienu magħrufa biss il-ħames pjaneti viżibbli bl-għajn għera u l-Art, is-seba' pjaneta, Uranu, kien skopert minn William Herschel, mużiċista Ġermaniż li emigra lejn l-Ingilterra u sar astronumu famuż.
Għall-ewwel Herschel ħaseb li dak il-korp ċelesti hekk ċar kien xi kometa, iżda ma damx ma ntebaħ li dak l-oġġett kien Uranu. Għall-bidu hu ried issemmi l-pjaneta Georgium Sidus wara r-re Ġorġ III, iżda sar magħruf mal-Ewropa kollha bħala Uranu, għall-muża tal-Astronomija, Urania, u l-isem baqa' hekk.
Fl-1830, xi astronomi bdew jaħsbu li pjaneta oħra setgħet tinsab lil hinn minn Uranu. 16-il sena wara l-astronomu Franċiż, Urbain Le Verrier, ippubblika kalkuli li juru fejn hu ħaseb dan il-pjaneta l-ġdida setgħet tinsab. Fit-23 ta' Settembru 1846, żewġ astronomi fl-osservatorju Royal ta' Berlin, J.G. Galle u H. d'Arrest, illokalizzaw 'il Nettunu.
Il-moviment ta' kull pjaneta jseħħ tul linja magħluqa ta' forma approssimattivament ellittika magħrufa bħala orbita. Il-pjan fuq liema jseħħ il-mutur tar-rivoluzzjoni tal-Art huwa il-pjan ellittiku, u fuqu joqogħdu approssimattivament l-orbiti ta' kull pjaneta tas-sistema solari.
Is-sistema solari fiha korpi oħrajn bħala huma is-satelliti, li jorbitaw madwar il-pjaneti, u il- kometi, li jduru madwar ix-xemx u għandhom orbita daqxejn eċċentrika u pjani orbitali inklinati ħafna pparagunati mal-ellittika. Hemm preżenti ukoll anke trab u gass rarefatt ħafna kkonċentrat madwar l-ellittika, li jxerdu ir-radjazzjoni xemxija u b'hekk jiġi ġġenerat id-dawl żodjakali.
Il-massa tax-xemx hi ta' madwar 2×1030 kg, u hi ħarira iktar elevata minn dik ta' stilla medja. Madwar 74% tal-massa tagħha hi magħmula mill-idroġenu, 25% mill-elju u l-bqija hu magħmul minn kwantità ta' traċċi ta' elementi itqal. Ix-xemx bħal kumplament tal-iġsma ċelesti l-oħra li jinsabu fis-sistema, għandha xi 4.6 biljun sena, u li tinsab f'nofs triq tas-sekwenza ta' evoluzzjoni ewlenija tagħha. Matulha, reazzjonijiet ta' fużjoni nukleari fil-qalba tax-xemx jgħaqqdu bis-sħana l-idroġenu ma' l-elju. F'temp ta' qisu 5 biljun sena oħra x-xemx issir nebula planetarja.
Kultant xi stimulu hu meħtieġ biex tibda' kontrazzjoni ta' sħaba. Din taf tkun il-ġibda gravitazzjonali ta' kewkba għaddejja, il-mewġa ta' densità fi ħdan ta' galassja spirali jew xokk minn splużjoni ta' supernova. Xi astronomi jsostnu li supernova fil-qrib bdiet sħaba u naqset mid-daqs sa ma x-xemx iffurmat xi 4,600,000,000 sena ilu.
Hekk kif is-sħaba naqset mid-daqs, il-pressjoni u t-temperatura telgħu fin-nofs sakemm tal-aħħar saret daqshekk taħraq u l-pressa hekk kbira li l-fużjoni nuklejari bdiet. IL-fużjoni nukleari hija l-qawwa li kull kewkba għandha, u ġox-xemx l-ammonti vasti ta' idroġenu li qed jiġu mibdula għal elju, jipproduċu l-enerġija. Kewkba titwieled meta tibda l-fużjoni nuklejari.
Tul il-ħajja kollha ta' kewkba jkun hemm bilanċ sħiħ bejn il-gravità (li tipprova tnaqqas id-daqs tal-istilla) u l-pressa li tipprova tinbuttaha 'l bogħod. Kewkba tkun l-iżjed stabbli waqt li taħraq l-idroġenu ġewwa qalbha. F'dan l-istadju hija msejħa kewkba fis-sekwenza ewlenija. Ix-xemx hija attwalment f'dan l-istadju ta' ħajjitha u għandha tibqa taħraq l-idroġenu ta' qalbha għal 5,000,000,000 jew 6,000,000,000 sena oħra.
Meta l-idroġenu kollu tal-qalba jintuża , ix-xemx tibda' taħraq l-idroġenu ġol-atmosfera tagħha qoxra wara qoxra. Huwa u l-font tal-enerġija joħroġ 'il barra, ix-xemx tespandi u tiksaħ, u ssir ġganta ħamra.
Meta l-idroġenu jintuża kollu, ix-xemx tikkrolla. Il-qalba tisħon ħafna iktar sakemm terġa' ssir fużjoni nuklejari oħra, iżda din id-darba huwa l-elju li jinħaraq jipproduċi l-karbonju.
L-elju jinħaraq f'ħafna inqas ħin mill-idroġenu, għalhekk jiġi kkonsmat f'perijodu iqsar. Meta x-xemx terġa tikkrolla, issa, il-qalba ma tisħonx biżżejjed u ma jkunx possibli li sir fużjoni nukleari oħra. Ix-xemx issir nana bajda, tiksaħ gradwalment u tmut.
Sistema solari interna huwa l-isem użatt għar-reġjun spazjali li fih hemm il-pjaneti imġebla u l-faxxa tal-asteroidi. Ikkomposti prinċipalment minn silikati u metalli, l-oġġetti tas-sistema solare interna huma qrib ħafna tax-xemx, tant li r-raġġ ta' din is-sezzjoni huwa iżgħar mid-distanza ta' bejn Ġove u Saturnu.
Il-pjaneti terrestri huma densi, għandhom kompożizjoni imġebla, għandhom ftit jew xejn satelliti naturali, u m'għandhomx ċrieki. Huwa komposti l-akatr minn materjali bħas- silikati, li jibnu il-krosta u il-mantelli, u il-metalli bħal ma huma il-ħadid u n-nikil, li jagħmlu il-qalba. Tlieta mill-erbgħa pjaneti interni (Venere, Art u Marte) għandhom atmosfera, għandhom il-ħofor tal-impatti u plakek tettoniċi.
Merkurju hija l-pjaneta li hi l-eqreb lejn ix-xemx, u t-tieni l-iżgħar pjaneta tas-Sistema solari. Merkurju torbita f’inqas minn 88 jum. Bill qatt m'hi 'l bogħod wisq mix-xemx, Merkurju tista’ tidher biss tiddi fil-baxx tal-punent immedjatament wara nżul ix-xemx jew baxx fil-lvant eżatt qabel ż-żerniq.
Ir-Rumani semmew dan il-pjaneta għad-divinità Rumana Merkurju, x'aktarx minħabba l-moviment pjuttost veloċi tiegħu.
Il-kulturi Ċiniżi, Koreani u Ġappuniżi jirreferu għal dan il-pjaneta bħala l-Istilla ta' l-Ilma, ibbażat fuq il-Ħames Elementi.
Id-densità ta' Merkurju tixbah ħafna lil dik tal-Art, iżda huwa maħsub li proporzjonalment, fiha daqs darbtejn iżjed ħadid mill-pjaneti l-oħra.
L-kamp manjetiku ta' Merkurju hu baxx ħafna, u minħabba li Merkurju iddur fuqha nifsha bil-mod, huwa improbbabli li l-kamp manjetiku tagħha hu kkawżat mill-moviment rotazzjonali tal-qalba likwida tiegħu.
L-atmosfera tagħha hija ħafiefa ħafna wkoll, u tipproduċi pressjoni ta’ 2 x 10-11 ta' dik tal-Art. L-iktar element komuni huwa l-ossiġnu, segwit mis-sodju u l-idroġenu. Jinstabu ukoll atomi ta’ potassju u elju. L-idroġenu u l-elju huma maqbudin mir-riħ solari; l-ossiġnu, sodju u potassju wisq probbabli kienu mtajrin minn ġebel evaporat waqt in-nifdiet mikrometejorojdjali.
Minħabba li din il-pjaneta hi ftit biss iżgħar mill-Art iżda tinstab iżjed viċin tax-xemx, qabel kienu jaħsbu li Venere kienet xi Ġenna tropikali; infatti hi infern tropikali b'temperaturi esaġerati, b'atmosfera qattiela u xita tal-aċtu. Venere hija l-eqreb pjaneta tad-Dinja. Bħall-Merkurju, Venere ma tkun qatt 'il bogħod ħafna mix-xemx. Filgħodu kmieni u filgħaxijiet, tiddi brillantament fuq ix-Xefaq; Venere hi ħafna drabi msejħa 'il-Kewkba ta' Filgħodu'. Apparti mix-xemx, u l-Qamar, Venere hija l-iktar ħaġa brillanti li nistgħu naraw fis-sema.
L-Art, il-pjaneta li ngħixu fiha aħna l-bnedmin, hija it-tielet waħda 'l hinn mix-xemx. Fl-ispażju, id-Dinja tidher ta' lewn ikħal skur u linji bojod dejjem jidbidlu, li huma s-sħab. Il-kulur blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċejani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq l-Art.
Bħall-pjaneti l-oħra, l-Art għandha l-qalba. Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra. Il-qalba ġewwinija hija magħmula maġġorment minn ħadid solidu u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra bil-qalba barranija li hi magħmula minn ħadid imdewweb u hija ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur billi x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fl-Art. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km-(120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell ta' l-Art. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li l-Art kienet għadha qed tifforma.
Marte, tinstab iżjed 'l bogħod mix-xemx mill-Art tagħna, u hija nofs biss id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-Qamar. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-pjaneti terrestri l-oħrajn. Marte għandha kamp manjetiku dgħajjef, iżda riċerki juru li xi darba din il-pjaneta kellha waħda qawwija mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxaqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-Art. Marte torbita madwar ix-xemx bħall-Art u tesperjenza staġuni simili bħalha wkoll, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana.
Marte għandha il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali.
L-atmosfera hi ħafifa u komposta primarjament minn diossidu tal-karbonju. Il-pressjoni atmosferika hija biss 1% ta' dik tal-Art; jista' jkun li fl-imgħoddi kienet ikbar iżda l-gravità dgħajfa ta' Marte tfisser li diffiċli għaliha li żżomm atmosfera densa.
L-atmosfera mhix biżżejjed wiesgħa biex ikun hemm xi tip ta' effett serra li żżomm il-pjaneta sħun, għalhekk it-temperatura matul il-jum rari titla' iżjed minn 273K (0º C/32º F) u bil-lejl tinżel wisq inqas.
Il-maġġor parti ta' l-asterojdi huma iġsma żagħar tas-sistema solari magħmula, l-aktar minn blat u metall. Il-faxxa ewlenija ta' l-asterojdi tinsab fir-reġjun ta' bejn l-orbiti ta' Mars u Ġove, bejn 2,3 e 3,3 UA tax-xemx. Huwa maħsub illi dawn huwa radam ta' meta s-sistema solari kienet għadha qed tifforma, iżda il-fużjoni tagħhom falliet minħabba l-ġibda gravitazzjonali qawwija ta' Ġove.
Asterojdi waħda tista' tilħaq qisien ta' mijiet ta' kilometri iżda ukoll ta' ftit ċentimetri. Kull waħda mill-asterojdi, barra l-ikbar waħda, Ċerere, hija ikklassifikata bħala korp minuri tas-sistema solari, imma uħud, bħall-asterojde Vesta u Iġea possono jistgħu jiġu ikklasifikati bħala pjaneti nani jekk juru li waslu l-bilanċ idrostatiku.
Is-sistema solari esterna hija il-post fejn jinsabu iġ-ġganti gassusi jew il-pjaneti Ġovjali. f'dan ir-reġjun torbita wkoll faxxa ċkejkna ta' kometi, fosthom iċ-Ċentawri. L- oġġetti solidi ta' dawn l-akwati huma magħmulha minn kwota għola ta' elementi volatili (bħal ilma, ammonju u metanu) b'paragun mall-oġġetti imġebla tas-sistema solari interna.
Il-kometi huma iġsma minuri tas-sistema solari, magħmula minn silġ voltili u d-dijametru tagħhom ikun ta' ftit kilometri. L-orbita tal-kometi hija ftit stramba, generalment matul il-perjelju insibuhom qrib l-orbiti tal-pjaneti ġewwienija, mentri waqt l-afelju]] insibuhom lill-hinn minn Plutone. Meta kometa tidħol fis-sistema solari interna, il-wiċċ inġazzat jibda' jinħal minħabba li tkun qrib tax-xemx, sa ma jiġi iffurmat demb, ħafna drabi viżibbli bl-għajn għamja.
Huma magħarufa żewġ tipi ta' kometi, dawn ta' perjodu qasir u dawn ta' perjodu twil. Dawk ta' perjodu qasir idumu inqas minn mitejn sena filwaqt li l-oħrajn jafu jdumu jorbitaw għal eluf ta' snin. Huwa maħsub illi l-kometi ta' perjodu qasir tnisslu mill-faxxa ta' Kuiper, waqt li dawn ta' perjodu twil, bħal Hale-Bopp, huwa maħsub li joriġinaw mis-sħaba ta' Oort. Gruppi kbar ta' kometi, ġew iffurmati mit-tifrik ta' kometa kbira waħda.
Iż-Żona lill-hinn min-Nettunu, magħrufa aktar bħala "Oġġett trans-nettunjan", hija fil-biċċa il-kbira tagħha inesplorata. Jista' jkun li fiha jinsabu prevalentement oġġetti ċkejkin magħmula prinċipalment minn ħaġar u silġ. Xi astronomi ma jagħmlux differanza bejn dan ir-reġjun u is-sistema solari esterna.
L-esitenza taċ-Ċintorin ta' Kuiper magħrufa anke bħala il-Faxxa ta' Kuiper (mit-Taljan) kienet issuġġerita sa minn qabel ma ġiet osservata. Minħabba l-fatt li l-Kometi ta' perijodu qasir iduru madwar ix-xemx fuq l-istess pjan u fl-istess direzzjoni bħall-pjaneti, huwa probabbli li huma joriġinaw mill-pjan tas-Sistema Solari.
F'Awissu 1992, l-ewwel oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper ġie skopert minn David Jewitt u Jane Luu, u xi 100 oġġett simili ġew skoperti wara dik id-data. Kien issuġġerit ukoll li ċ-ċkejken Plutone u qamru Karonte x'aktarx jagħmlu parti mill-Faxxa ta' Kuiper, hekk ukoll kif jista' jkun li hu Tritone, l-akbar satellita ta' Nettunu. Tritone huma satellita barra min normal, l-orbita tiegħu madwar Nettunu hija retrograda (kontra l-orbita tal-oħrajn). Din l-imġiba iġġiegħel lill-esperti jaħsbu li oriġinarjament kienet oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper u ġiet maqbuda mill-kamp gravitazzjonali ta' Nettunu.
Id-diska mifruxa tinsab lil fuq mill-faxxia ta' Kuiper, imma testendi ruħa ħafna lejn l-estern tas-sistema solari. Huwa maħsub li dan ir-reġjun spazjali huwa l-għajn tal-kometi ta' żmien qasir. huwa maħsub ukoll li l-oġġetti tad-diska mifruxa kienu ġew imbuttati lejn orbiti irregolari mill-inflwenza gravitazzjonali tal-migrazzjoni tal-bidu lejn l-estern ta' Nettunu. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti tad-diska mifruxa (SDOs) għandhom il-perielju fl-intern tal- faxxa ta' Kuiper, imma afeljuhom jista' jinsab anki 150 UA mix-xemx. Ukoll, l- orbiti tal-SDOs imma inklinati ħafna ħdejn il-pjan tal-ekklitka, spiss saħansitra anki kartabun ghaliha. Xi astronomi jgħidu illi d-diska diffusa hija sempliċement reġjun tal-faxa ta' Kuiper, u jideskrivu dawn il-korpi ċelesti "oġġetti mifruxa tal-faxxa ta' Kuiper".
Eris (68 UA) huwa l-ikbar korp mgħaruf tad-diska diffusa, dan l-oġġett ħalaq dibattitu fuq x'jista' jkun verament, Peress li huwa mill-inqas 5% ikbar minn Plutone, b'dijametru stmat ta' xi 2400 km: għaldaqstant l-ikbar pjaneta nana magħrufa. Għandha wkoll qamar, Disnomia. Bħal Plutone, l-orbita hija eccentrica għall-aħħar u daqstant ieħor inklinata ħdejn il-pjan tal-eklittica: għandha perjodu ta' 38,2 UA u afelju ta' 97,6 UA mix-xemx.
Il-punt ta' fejn tintemm is-sistema solari u jagħti bidu għal-ispazju interstellari mhux definit preċiżament, dan ghaliex il-konfini tiegħu jistgħu jiġu ittraċċati b'żewġ forzi distinti: ir-riħ solari jew il-qawwa tal-gravità xemxija. Il-limitu estern ittraċċat mir-riħ solari jasal sa bejn wieħed u ieħor erba' darbiet aktar id-distanza Plutone-xemx; din eliopausa hi meqjusa l-bidu tal-mezz interstellari. Minkejja kollox, l-sfera ta' Hill tax-xemx, jew ir-raġġ effettiv ta' influwenza gravitazzjonali tagħha, hu ritenut li jista' jestendi sa elf darba iktar 'il bogħod.
L-eljusfera hija maqsuma f'żewġ reġjuni distinti. Ir-riħ solari jivvjaġa bejn wieħed u ieħor 40 000 km/s sa ma jiltaqa' mal-flussi tal-plasma fil-mezz interstellari. Il-ħabta si tivverifika fi ħdan it-termination shock, li jinsab bejn wieħed u ieħor 200 UA mix-xemx.< ir-riħ jonqos drastikament, jikkondensa u jsir aktar qawwi, jifforma struttura ovale kbira magħarufa bl-isem Eliosheath, li tidher iġġib ruha bħala denb xi kometa: hu jestendi lejn l-estern għal 40 UAoħra fuq il-lat sopravvento, waqt li jestendi ħafna inqas fid-direzzjoni opposta. Iż-żewġ sondi Voyager wieħed u Voyager tnejn qabżu it-termination shock u daħlu fl-Eliosheath, u jidbgħadu rispettivament 94 u 84 UA mix-xemx. Il-limiti esterni tal-eljusfera, l-eljupawsa, huwa il-punt fejn ir-riħ xemxi jintemm u jibda l-spazju interstellari.
L-ipotetika sħaba ta' Oort hija massa kbira komposta minn biljuni ta' oġġetti msilġa li huwa maħsub hija il-fonti tal-kometi ta' perjodu twil u li jiċċirkondaw is-sistema solari bejn wieħed u ieħor 50 000 UA (xi sena dawl), u forsi sa 100 000 UA (1,87 snin dawl). Huwa ritenut illi is-sħaba hija komposta minn kometi li ġew imkeċċija mis-sistema solari interna min interazzjonijiet gravitazzjonali mall-pjaneti esterni. L-oġġetti tas-sħaba ta' Oort jduru bil-mod ħafna, u jistgħu jiġu iddisturbati minn eventi rari, bħal kolliżjonijiet per eżempju, mill-qawwa gravitazzjonali ta' stilla passaġġa, jew mit tifriq galattiku, eserċitat mit-Triq ta' sant' Anna.
Il-parti il-kbira tas-sistema solari mhiex magħrufa. Huwa stimat li t-tarka gravitazjonali tax-xemx tiddomina is-setgħat gravitazjonali l-istilel li jdawruha sa bejn wieħed u ieħor sentejn dawl (125 000 UA). Il-konfini esterni tan-nube ta' Oort,minn naħa l-oħra, ma tistax testendi għal aktar minn 50 000 UA. Minkejja is-sejbiet ta' oġġetti ġodda, bħal Sedna, ir-reġjun bejn faxxa ta' Kuiper u in-nube di Oort, żona għexieren ta' miljuni ta' UA ta' raġġ, ma ġietx mappata. Hemm ukoll, studji għadejja dwar ir-reġjun ta' bejn Merkurju u ix-.xemx
Pjaneta | Distanza medja (miljuni ta' km) | Distanza medja (UA) | Perielju (miljuni ta' km) | Afelju (miljuni ta' km) |
---|---|---|---|---|
Merkurju | 57,91 | 0,387 | 46 | 69,8 |
Venere | 108 | 0,723 | 107,5 | 108,9 |
Art | 149,6 | 1 | 147,1 | 152,1 |
Marte | 227,94 | 1,564 | 206,6 | 249,2 |
Ġove | 778,4 | 5,209 | 740,7 | 816,1 |
Saturnu | 1426,98 | 9,539 | 1349,5 | 1504,0 |
Uranu | 2870 | 19,18 | 2735,6 | 3006,4 |
Nettunu | 4497 | 30,06 | 4459,6 | 4536,9 |
Pjaneta | Distanza medja (miljuni ta' km) | Distanza medja (UA) | Perielju (miljuni ta' km) | Afelju (miljuni ta' km) |
---|---|---|---|---|
Ċerere | 413,7 | 2,766 | 380,6 | 446,8 |
Plutone | 5906,4 | 39,44 | 4436,8 | 7375 |
Haumea | 6484 | 43,335 | 5260 | 7708 |
Makemake | 6850,2 | 45,791 | 5760,8 | 7939,7 |
Eris | 10123 | 67,668 | 5650 | 14595 |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Sistema Solari, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.