Istanbul

Istanbul (bit-Tork: İstanbul), storikament magħrufa bħala Biżanzju u Kostantinopli, hija l-ikbar belt fit-Turkija, u ċ-ċentru storiku, kulturali u ekonomiku tal-pajjiż.

Istanbul hija belt transkontinentali fl-Ewrasja li tmiss mal-istrett tal-Bosforu (li jaqsam l-Ewropa u l-Asja) bejn il-Baħar ta' Marmara u l-Baħar l-Iswed. Il-popolazzjoni ta' madwar ħmistax-il miljun ruħ fiż-żona metropolitana tagħmel lil Istanbul waħda mill-ikbar bliet fid-dinja skont il-popolazzjoni, u l-ikbar waħda fl-Ewropa.

Istanbul
Istanbul Turkija
Istanbul
Amministrazzjoni
Stat sovranTurkija
Province of TurkeyProvinċja ta' Istanbul
Kap tal-Gvern Ekrem İmamoğlu (en) Translate
Isem uffiċjali İstanbul
Konstantinopolis
Istanbul
Konstantinopel
Konstantinopol
Constantinople
Константинополь
Цариград
Ismijiet oriġinali İstanbul
Konstantinopolis
Kodiċi postali 34000–34990
Ġeografija
Koordinati 41°00′36″N 28°57′37″E / 41.01°N 28.9603°E / 41.01; 28.9603 28°57′37″E / 41.01°N 28.9603°E / 41.01; 28.9603
Istanbul is located in Turkey
Istanbul
Istanbul
Istanbul (Turkey)
Istanbul
Superfiċjenti 5,343 kilometru kwadru
Għoli 100 m
Demografija
Popolazzjoni 15,462,452 abitanti (2020)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni Il-ĦaddambUTCIl-Ħadd
Kodiċi tat-telefon 212u 216
Żona tal-Ħin UTC+3
bliet ġemellati Rio de Janeiro, Shimonoseki, Lahore, Johor Bahru, Jeddah, Kajr, Houston, Berlin, San Pietruburgu, Rabat, Mary, Barċellona, Dubaj, Köln, Shanghai, Odessa, Amman, Sarajevo, Durrës, Almaty, Osh, Plovdiv, Constanța, Khartoum, Kazan, Skopje, Damasku, Ġakarta, Venezja, Busan, Bangkok, Bejrut, Tabriz, Belt tal-Messiku, Tuneż, Guangzhou, Giza, Benghazi, N'Djamena, Tbilisiu Nikosija
ibb.istanbulu ibb.istanbul…

Stabbilita għall-ħabta tas-sena 660 Q.K. bl-isem ta' Biżanzju, il-belt kibret fid-daqs u fl-influwenza biex saret fost l-iktar bliet importanti fl-istorja. Wara li ngħatat isem ġdid ta' Kostantinopli fis-sena 330 W.K., ir-rwol tagħha kiber għal kapitali imperjali għal sittax-il seklu, mill-Imperu Ruman/Biżantin (330-1204) sal-Imperu Ottoman (1453-1922). Kienet strumentali fl-avvanz tal-Kristjaneżmu matul iż-żminijiet tar-Rumani u l-Biżantini, sakemm il-ħakma Ottomana tal-1453 wasslet għat-trasformazzjoni Iżlamika u saret is-sede tal-Kaliffat Ottoman. Sal-1923 serviet bħala l-belt kapitali Ottomana (bl-isem ta' Kostantinopli) sakemm il-kapitali tmexxiet għal Ankara.

Il-belt żammet post strateġiku bejn il-Baħar l-Iswed u l-Mediterran. Kienet ukoll fit-traġitt tat-Triq tal-Ħarir. Ikkontrollat ukoll numru ta' vjaġġi ta' ferroviji bejn il-Balkani u Lvant Nofsani, u kienet l-unika rotta marittima bejn il-Baħar l-Iswed u l-Mediterran. Fl-1923, wara l-Gwerra tal-Indipendenza, Ankara ġiet magħżula bħala l-belt kapitali tat-Turkija u l-isem tal-belt inbidel għal Istanbul. Madanakollu, il-belt xorta waħda żammet l-importanza ġeopolitika u kulturali.

'Il fuq minn tnax-il miljun viżitatur żaru Istanbul fl-2015, ħames snin wara li ġiet imsemmija bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, biex b'hekk il-belt hi l-ħames fost l-iktar destinazzjonijiet miżjura fid-dinja. L-attrazzjonijiet il-kbar huma ċ-ċentru storiku, parzjalment imniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u ż-żoni kulturali u ta' divertiment jinsabu tul il-port, il-Qarn tad-Deheb.

Sit ta' Wirt Dinji

Istanbul 
Il-Hagia Sophia

Iż-Żoni Storiċi ta' Istanbul ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Fl-2017 kien hemm modifika żgħira fil-konfini tas-sit.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet" u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

AsjaBaħar l-IswedEwropaId-DinjaTurkija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Qala (Għawdex)Johann Christian BachFondazzjoni WikimediaManuel AnatolŻfinIrlanda ta' FuqGrammatika MaltijaRużar BriffaRabat (Malta)Grammatika tal-Lingua Franca NovaMohamed bin Zayed Al NahyanŻejtunFestival tal-Eurovision 2022BangladexxEljuLingwa KatalanTorriLesotoBobby CharltonAlbert EinsteinKleopatra VIINaxxarBariBaħamasDgħajsa tal-latiniTim nazzjonali tal-futbol tal-JugożlavjaImperium EuropaStat kostruttFrank TemileAteniBloggNikita KrushchevPhilippe Villiers de L'Isle-AdamEvoluzzjoniPapa Ġwanni XXIIIPoeżijaMiriam Spiteri DebonoXjenzi soċjaliPietru Pawl SaydonĦajt il-Kbir taċ-ĊinaĊessPastizzUEFADentistKatidralArkitettura f'MaltaRelazzjoni sesswaliMtarfaIbn BattutaEsperantoMahatma GandhiMewtSanta Madalena Sofia BaratKoranIdoŻambjaJan VermeerCarmelo Borg PisaniKruċjataMarsaskala🡆 More