Kontenut Kif tirreġistra Kif timmodifika artiklu Kif tibda artiklu Skop u użu tal-kategoriji Ġergo tal-Wikipedija Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija Gwida essenzjali Wikiketta Konvenzjonijiet
Għajnuna |
Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna |
Indiċi |
Ħoloq |
Politika u linji gwida |
Il-Wikipedija huwa proġett kollaborattiv, u kemm il-fundaturi u kif ukoll il-kontributuri tiegħu għandhom għan uniku komuni:
“ L-għan tal-Wikipedija huwa li tinħoloq enċiklopedija ħielsa u ta' min jorbot fuqha; fil-fatt, l-ikbar enċiklopedija fl-istorja, kemm fil-kobor u fil-profondità tal-kontenut tagħha. ”
Il-Wikipedija għandha politika u linji gwida li jgħinuna nimxu lejn dan l-għan. Hemm xi wħud minnhom li għadhom qed jiġu ffurmati, kif ukoll oħrajn li ilhom li ġew deċiżi u li huma approvati mill-maġġoranza.
Filwaqt li l-politika tagħna tkompli tevolvi, ħafna Wikipedjani jemmnu li r-regoli miktuba ma jolqtux kull aspett tal-imġiba ħażina. Per eżempju, utent illi jaħdem kontra l-ispirtu tal-politika miktuba tagħna jista' jiġi mwiddeb anki jekk ma jkun kiser l-ebda regola. Dawk li jagħmlu modifiki b'rieda tajba, juru mġiba ċivili, ifittxu l-kunsens, u jaħdmu lejn l-għan li tinħoloq enċiklopedija imparzjali, għandhom jsibu ambjent li jilqagħhom.
M'hemmx għalfejn taqra kull aspett tal-politika tal-Wikipedija biex tkun tista' tikkontribwixxi, għalkemm aħna nissuġġerixxu li jkollok idea tajba tal-politika tal-Wikipedija sabiex ittejjeb l-esperjenza tiegħek.
Il-parti l-kbira tal-linji gwida tal-Wikipedija jiġu formulati fuq il-kunsens. Tali kunsens jista' jintlaħaq permezz ta' diskussjoni, speċjalment fuq argumenti kumpless jew delikati, jew b'riżultat ta' mġiba li tkun ilha ż-żmien issir. Ħafna drabi, il-linji gwida ma jinkitbux darba u jibqgħu hemm, imma jiżviluppaw maż-żmien.
Kwistjonijiet fuq il-politika jridu jiġu formulati u diskussi fl-ispazju tal-isem Wikipedija, fuq il-paġni ta' diskussjoni, u fuq Meta-wiki. Id-diskussjonijiet jisvolġu wkoll fuq IRC u fuq il-lista postali, imma żommu f'moħħkom li uffiċjalment il-politiki jridu jiġu aċċettati fuq il-Wikipedija. Jekk politika tkun waħda kontroversjali, qabel xejn trid tiġi diskussa u wara tiġi adottata. Il-votazzjoni hija utli wkoll, imma jridu jsiru biss wara diskussjoni preċedenti u bl-iskop li jinkiseb kunsens.
Int editur tal-Wikipedija. Wikipedija m'għandhiex kap tal-edituri jew xi mekkaniżmu ċentrali li jaħdem biex jivverifika u japprova x-xogħol tal-enċiklopedija. Minflok, huma l-parteċipanti attivi illi jikkoreġu, jimmodifikaw u jsolvu l-iżbalji li jaraw fl-artikli. B'hekk, il-parteċipanti huma kemm il-kittieba kif ukoll l-edituri.
Ħafna mill-politika u l-linji gwida allura jiġu nfurzati minn dawk l-individwi li jimmodifikaw il-paġni, liema modifiki jiġu diskussi mal-utenti l-oħra. Ċertu miżuri huma wkoll infurzati bi blokki mill-amministraturi, partikularment bħala risposta għal ċerti atti ta' vandaliżmu.
Il-ħoloq għall-politiki varji jistgħu jinstabu fil-kategoriji elenkati hawn taħt:
Billi nsegwu dawn il-konvenzjonijiet, inkunu nistgħu noħolqu enċiklopedija iktar użabbli u konsistenti fil-kontenut tagħha:
Ċerti karatteristiċi li jistgħu jiġu użati ħażin, bħal ngħidu aħna, it-tħassir ta' paġni jew l-imblukkar ta' paġni, jistgħu jiġu wżati biss mill-amministraturi, li huma membri fdati u ta' esperjenza fil-komunità. Politika relevanti għall-amministraturi tinkludi:
Dawn huma ftit mil-linji gwida speċifiċi li ġew suġġeriti minn parteċipanti varji. Għal aktar għajnuna, ara kif tevita żbalji komuni.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Wikipedija:Politika u linji gwida, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.