Bijoloġija Ordni

Ordni (bil-Latin: ordo) hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin.

L-ordni bħala takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-klassi u livell aktar 'il fuq mill-familja. Fil-ġerarkija tat-tassonomija kumplessa, l-ordni tinsab il-mirordni u s-sottordni.

Il-livelli varji tas-sistema ta' klassifikazzjoni xjentifika.SpeċiĠeneruFamiljaOrdniKlassiFajlumRenjuDominjuĦajja
Il-livelli varji tas-sistema ta' klassifikazzjoni xjentifika.

Kabbar
Il-ġerarkija tal-ikbar tmien gradi tassonomiċi tal-klassifikazzjoni xjentifika.

Ġerarkija tal-livelli

Għal xi kladi, jintużaw xi klassifikazzjonijiet addizzjonali, imma mhux kollha huma rikonoxxuti uffiċjalment.

Isem Tifsira tal-prefiss Eżempju
Magnordni magnus: kbir Epitheria
Superordni super: 'il fuq Euarchontoglires
Grandordni grand: kbir Euarchonta
Mirordni mirus: sabiħ Primatomorpha
Ordni Primati
Sottordni sotto: taħt Haplorrhini
Infrordni infra: taħt Simiiformes
Parvordni parvus: żgħir Catarrhini

Fil-klassifikazzjoni tagħhom tal-mammiferi tal-1998, McKena u Beel użaw żewġ livelli addizzjonali bejn superordni u ordni: "grandordni" u "mirordni".

Storja tal-kunċett

L-ordni bħala livell u b'isem distint fil-klassifikazzjoni xjentifika (u mhux imsejjaħ biss bħala ġeneru ogħla (bil-Latin genus summum)) kien ġie introdott għall-ewwel darba minn botanist Ġermaniż Augustus Quirinus Rivinus, iżda kien Carolus Linnaeus li użah l-ewwel ta' spiss biex jaqsam it-tliet renji tan-natura (minerali, pjanti u annimali) fis-Systema Naturae tal-1735.

Botanika

Bijoloġija Ordni 
Il-qoxra tal-edizzjoni tal-1758 ta' Systema Naturæ ta' Linnaeus

Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li l-ordnijiet ta' Carolus Linnaeus għal pjanti f'Systema Naturae u f'Species Plantarum, kienu strettament artifiċjali u li kienu introdotti biex jaqsmu l-klassijiet artifiċjali fi gruppi iżgħar biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar. Meta l-kelma ordo kienet użata ta' spiss għal unità naturali ta' pjanti f'xogħlijiet tas-seklu 19 bħal Prodromus ta' de Candolle u l-Genera Plantarum ta' Bentham u Hooker, din kienet tindika taksa li llum għandhom livell ta' familja.

F'pubblikazzjonijiet botaniċi Franċiżi ta' Michel Adanson bħal Familles naturelles des plantes (1763) u sal-aħħar tas-seklu 19, il-kelma famille kienet użata bħala l-ekwivalenti tal-kelma bil-Latin ordo. Din l-ekwivalenza kienet spjegata espliċitament f'Lois de la nomenclature botanique (1868) ta' Alphonse De Candolle's, il-predeċessur ta' International Code of Botanical Nomenclature.

Fl-ewwel Regoli tan-nomenklatura botanika internazzjonali tal-1906 il-kelma familja (familia) ingħatat il-livell ta' "famille" fil-pubblikazzjonijiet bil-Franċiż, waqt li l-kelma ordni (ordo) ingħatat livell ogħla, dak il-livell li fis-seklu 19 ħafna drabi kien jissejjaħ koħort (bil-Latin cohors, plural cohortes).

Uħud mill-ismijiet tal-familji fl-"ordnijiet naturali" ta' Carolus Linnaeus baqgħu jintużaw u anke ftit mill-ismijiet tal-gruppi naturali li kienu ġew rikonoxxuti minn Linnaeus bħala ordnijiet fil-klassifikazzjoni naturali tiegħu baqgħu aċċettati u wżati sal-lum (eż. Palmae jew Labiatae).

Żooloġija

Fiż-żooloġija, l-ordnijiet ta' Linnaeus kienu wżati aktar ta' spiss. Dawn l-ordnijiet fil-parti żooloġika tas-Systema Naturae kienu jirreferu għal gruppi naturali. Uħud mill-ismijiet tal-ordnijiet għadhom jintużaw sal-lum (eż. Lepidoptera, l-ordni tal-friefet u l-ordni Diptera tad-dubbien u n-nemus).

Referenzi

Tags:

Bijoloġija Ordni Ġerarkija tal-livelliBijoloġija Ordni Storja tal-kunċettBijoloġija Ordni ReferenziBijoloġija OrdniFamilja (bijoloġija)Klassi (bijoloġija)Klassifikazzjoni xjentifikaLingwa LatinaMirordniSottordniTakson

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

KarnivoruPalazz tal-Gran MastruClaudio MonteverdiPjanetaSettembruBabilonjaGżejjer Falkland2016Provinċja ta' BergamoSanta MarijaBelt kapitaliMyriam Spiteri DebonoCharles DarwinTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930DanimarkaRaġelRigaLiechtensteinIż-ŻurrieqMain PageUTC+1AffissLingwa GħarbijaTimor tal-LvantNadur Youngsters FCAsjaOmbra mai fuEwġenju BorgSt. Patrick FCKittiebRużar BriffaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2014Kunsill tal-Unjoni EwropeaMarokkKurt CallejaĠakartaĠużè BonniciMaħresJuan Antonio VillacañasMadonna tal-KarmnuGħasfurVjetnamDu FuRussjaGarabet TavitjanGrammatika MaltijaBritney SpearsReliġjon f'MaltaTazza GħawdxijaEvoluzzjoniMario GrechDun Karm PsailaDun Mikiel XerriSpanjaĠużè Ellul MercerImperu AlmoravidHugo ChetcutiBeyoncéSaħara tal-PunentMoskaĊessUnitajiet ta' kejl MaltinSerbjaSandro Botticelli🡆 More