Mejju

Mejju hu l-ħames xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u hu wieħed minn seba' xhur Gregorjani b'tul ta' 31 jum.

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru

Hu hu x-xahar matul l-istaġun tar-rebbiegħa fl-emisferu tat-Tramuntana, u l-ħarifa fl-emisferu tan-Nofsinhar.

Mejju
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
29 30 31 1 2 3 4
5 6 7 8 9 10 11
12 13 14 15 16 17 18
19 20 21 22 23 24 25
26 27 28 29 30 31 1
    Għal użi oħra, ara Mejju (diżambigwazzjoni)

Mejju jibda bix-xemx fis-simbolu tal-Barri u jispiċċa f'dak tat-Tewmin. Astronomikament, ix-xemx tibda il-kostellazzjoni ta' l-Aries u tispiċċa fil-kostellazzjoni tal-Barri

Ix-xahar kien imsemmi għall-alla Griega Maia, li kienet identifikata flimkien ma' l-alla tal-fertilità ta' l-era Rumana, Bona Dea, li l-festival tagħha kien isir f'Mejju.

F'kwalunkwe sena, l-ebda xahar ma jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa ta' Mejju. L-istess hu għax-xahar ta' Ġunju.

Mejju
Mejju, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Avvenimenti f'Mejju

  • F'kważi l-pajjiżi kollha, l-1 ta' Mejju hu l-Jum Internazzjonali tal-Ħaddiema.
  • Fil-kalendarju Nisrani, l-1 ta' Mejju hi l-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem.
  • Fil-kalendarju Irlandiż, l-1 ta' Mejju hi Beltane, l-ewwel ġurnata tas-Sajf, u vaganza pubblika tinżamm fl-ewwel Tnejn ta' Mejju.
  • Fil-Ġermanja hemm tradizzjoni qadima li jħawlu "is-siġra ta' Mejju" biex jagħtu ġieħ lil xi ħadd.
  • L-ewwel Sibt ta' Mejju hi d-data tal-Kentucky Derby li hu avveniment annwali li hu famuż għat-tiġrijiet taż-żwiemel fl-Istati Uniti.
  • Il-Preakness Stakes hi miżmuma ġimgħatejn wara l-Kentucky Derby
  • L-4 ta' Mejju, fl-Olanda hi l-ġurnata ta' Jum il-Mejtin, biex tfakkar kull każwalità fil-kunflitti militari li kienu jinvolvu lill-Olanda.
  • Jum it-Tfal hu fil-5 ta' Mejju fil-Ġappun u l-Korea.
  • Fl-Unjoni Ewropea, id-9 ta' Mejju hu Jum l-Ewropa.
  • Fit-12 ta' Mejju l-Finlandja tiċċelebra Jum il-Finlandja.
  • Jum l-Indipendenza fl-Eritreja (mill-Etjopja) fl-24 ta' Mejju.
  • Fil-25 ta' Mejju, l-Arġentina tikkomemora r-Rivoluzzjoni ta' Mejju (jew Revolución de Mayo).
  • It-tieni Ħadd ta' Mejju hu Jum l-Omm fl-Istati Uniti. Fl-2008 din saret fil-11 ta' Mejju.
  • Kull sena f'Mejju, jsir il-Festival tal-Eurovision.

Ħoloq esterni

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Franz KafkaVjetnamRussjaSqallijaMedjugoriThe DoorsSliema Wanderers FCGħonnellaReliġjon f'MaltaĊessAlex FergusonIra LoscoMaltinAgadirOmbra mai fuSannat Lions FCUgo Mifsud BonniciMarie AntoinetteAlfabettRaġelKemmunaOċean PaċifikuĠużè AquilinaSandro BotticelliMoskaMaltaXgħajraL-Amerika ta' FuqDubrovnikMichael MifsudMadre Teresa NuzzoCristiano RonaldoSpanjaEvanġeljuDun Karm PsailaSurinamRużar BriffaAffissImperu AlmoravidKambodjaDun Mikiel XerriTallinnYouTubeBeyoncéNovialIrħula ta' MaltaLingwa KatalanaCharles DarwinImperu BrittanikuProfessjoniKwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012Osama bin LadenBabilonjaĊinaHanshin TigersAchille MizziLista ta' baned f'MaltaDun Ġorġ PrecaPolitikuLogħob folkloristiku MaltiBenito MussoliniMewtOssezja t'IsfelAwstrijaDrittProcavia🡆 More