Għarbi Tuneżin

L-Għarbi Tuneżin , jew it-Tuneżin , jew il-lingwa Tuneżina (تونسي, Tounsi), huwa l-grupp ta' djaletti tal-Għarbi li jinfthemu bejniethom u jagħmlu parti mill-familja tad-djaletti tal-Magreb.

Jitkellmuh madwar ħdax-il miljun ruħ fit-Tuneżija. Dan hu ġeneralment magħruf bl-isem ta' "Tounsi", li tfisser "Tuneżin" · , jew "Derja (دارجة)، Dierġa" ("lingwaġġ tat-taħdit"), biex issir distinzjoni bejn l-Għarbi standard, il-lingwa uffiċjali tal-pajjiż.

Tunsi (Għarbi Tuneżin)
Mitkellma: Tuneżija
Reġjuni: Magreb
Kelliema: 11.2 miljuni
Familja: Lingwi Semitiċi
Uffiċjali
Lingwa uffiċjali ta':
Regolati:
Kodiċijiet
ISO 639-1: aeb
ISO 639-2: aeb
ISO 639-3: aeb
Għarbi Tuneżin
Mappa tal-djaletti tal-Għarbi fit-Tuneżija
Ara ukoll: Lingwa

Jixbah id-djaletti l-oħra tal-Afrika ta' Fuq, bħall-Marokkin, l-Alġerin, il-Libjan u sa ċertu punt il-Malti, għandu sottostrat Berbru, Puniku u Latinu. Barra minn hekk, it-Tuneżin għandu komponent sinifikanti li ġej mill-lingwi Rumanzi tal-popli li għexu jew amministraw dan ir-reġjun matul iż-żminijiet: it-Taljan, l-Ispanjol u l-Franċiż, u hemm ukoll influwenza Torka.

It-Tuneżin, li jitkellmuh fit-Tuneżija kollha, jappartjeni għall-continuum djalettali tal-varjetajiet tal-Għarbi li jitkellmu fil-lvant tal-Alġerija u fil-punent tal-Libja. Il-morfoloġija, sintassi, pronunzja u l-vokabularju tat-Tuneżin huma differenti ħafna minn dawk tal-Għarbi standard: għalhekk, huwa rari li jinftiehem minn dawk li jitkellmu l-Għarbi tal-Lvant Nofsani, inklużi l-Eġizzjani; filwaqt li jinftiehem faċilment minn dawk li jitkellmu l-Għarbi tal-Magreb, għalkemm dawn ikollhom jagħmlu sforz biex jadattaw ruħhom għal differenzi qawwija, speċjalment fil-prosodija. Huwa wkoll qrib il-Malti; li, madankollu, ġeneralment ma jitqiesx bħala djalett tal-Għarbi, għal raġunijiet storiċi, soċjolingwistiċi, u l-influwenzi aktar qawwija eżerċitati fuqu mit-Taljan u d-djalett Sqalli, fir-rigward tal-vokabularju, l-alfabett, is-simplifikazzjoni fonoloġika u l-morfoloġija tan-nomi (iżda mhux tal-verbi) ta' nisel neolatin.

Noti

Biblijografija

  • Olivier Durand, Dialettologia araba, Roma, Carocci, 2009, ISBN 978-88-430-5066-6
  • Olivier Durand, Introduzione ai dialetti arabi, Milano, Centro Studi Camito-Semitici, 1995

Tags:

Tuneżija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

GħarabLingwa FranċiżaMarie Louise Coleiro PrecaPolonjaL-ImdinaŻagreb19 ta' MarzuAżerbajġanSeoulEl JadidaAssedju ta' Malta (1565)AsjaKon-Katidral ta' San ĠwannAlbanijaThe Pirate BaySaturnu (pjaneta)Fußball-BundesligaElettronWilliam ShakespeareEdinburguMewtSerbjaGħajnsielem FCJum il-VitorjaAflaj tal-OmanAfrikaDakarGħarb Rangers FCMożambikDodomaPapa Ġwanni Pawlu IISnajja MaltinBasshunterCeline DionMartin Luther King Jr.GineaĊinaTorontoRepubblika Sovjetika Soċjalista MoldovanaFutbolRepubblika Ċentru-AfrikanaNiġerjaMiley CyrusNitroġenuEdukazzjoniLingwa IngliżaEmirati Għarab MagħqudaRigaTim nazzjonali tal-futbol tal-BrażilFortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'MaltaBaħrejnVjetnamSiviljaBelġjuŻimbabweKamra tad-Deputati ta' MaltaKnisja ta' Santa MargeritaĦavanaIstanbulSkjavitùGżejjer GalapagosTrinidad u TobagoLeninWikidataBaħamasKostantinopliŻiemel🡆 More