wikiketta

Kontenut Kif tirreġistra Kif timmodifika artiklu Kif tibda artiklu Skop u użu tal-kategoriji Ġergo tal-Wikipedija Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija Gwida essenzjali Wikiketta Konvenzjonijiet

Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna
Indiċi

Ħoloq

Politika u linji gwida
Mistoqsijiet rikorrenti
Paġna tal-provi
Il-Pjazza
Kunsens
Sondaġġi

Billi l-kontributuri tal-Wikipedija ġejjin minn pajjiżi u kulturi differenti, jista' jkollhom ideat u fehmiet differenti ħafna. Hu fundamentali li nittrattaw lil kulħadd b'rispett biex naħdmu bis-serjetà flimkien ħalli nibnu enċiklopedija msejsa fuq il-prinċipju ta' kolleġġjalità u ta' għaqda ta' fehma.

Din il-paġna toffri l-prinċipji tal-etiketta jew "Wikiketta", jew aħjar, linji gwida fuq kif wieħed jista' jaħdem mal-oħrajn fuq il-Wikipedija biex jiġi evitat il-ġlied u t-tagħjir.

Prinċipji ta' etiketta tal-Wikipedija

  • Aħseb l-aħjar fl-oħrajn u dejjem assumi li huma ta' rieda tajba meta jkun possibbli. S'issa, il-Wikipedija ħadmet tajjeb billi bbażat ruħha fuq politka ta' libertà ta' reviżjoni kważi assoluta. In-nies jiġu hawn biex jikkollaboraw u jiktbu artikli tajbin.
  • Evita li tmur lura għall-verżjonijiet preċedenti u tħassar kull fejn hu possibbli. Segwi r-regola li tgħid "terġax lura għall-paġna iktar minn 3 darbiet f'24 siegħa", ħlief f'każijiet ċari ta' vandaliżmu. Spjega t-tibdil tiegħek fit-taqsira.
    • Ikkoreġi, irrevedi, iddiskuti.
  • Kun edukat.
    • In-nies ma jistgħux jarawk u jkun jafu x'burdata għandek. L-ironija mhux dejjem tidher ċara, u test niggieżi u insensibbli jista' faċilment jispiċċa li jkun pastaż. Oqgħod attent għall-kliem li tuża': dak li tixtieq tgħid mhux dejjem ikun dak li jinftiehem mill-qarrej.
  • Iffirma l-interventi tiegħek fid-diskussjonijiet (u mhux fl-artikli!).
  • Aħdem sabiex jintlaħaq kunsens
  • Tinjorax il-mistoqsijiet.
    • Jekk xi ħadd ma jaqbilx mar-reviżjoni tiegħek, agħti raġunijiet validi għaliex taħseb li l-verżjoni tiegħek hija t-tajba.
  • Anqas int m'inti skużat mill-preġudizzji: ammettihom u rażżanhom.
  • Ċedi l-punt jekk m'għandikx risposta; jew inkella ammetti li ma taqbilx skont il-fehma jew il-gosti tiegħek.
    • Iġġiegħelx nies jiddiskutu fuq pożizzjonijiet li ma jistgħux isostnu.
  • Kun lest li titlob skuża.
    • Fid-diskussjonijiet sħan, ħafna drabi nispiċċaw ngħidu affarijiet li l-quddiem jiddispjaċina minnhom. Ammetti l-iżbalji tiegħek.
  • Kun lest li taċċetta l-iskużi b'mod edukat, mingħajr ma togħrok il-melħ fil-ferita.
  • Faħħar meta hemm bżonn. Kulħadd jieħu gost jiġi apprezzat, speċjalment f'ambjent li ta' spiss jinħtieġu kompromessi.
  • Neħħi jew erġa' ibda l-argumenti li bdejt.
  • Kun medjatur meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-utenti.
  • Jekk il-kliem bil-ħlewwa ma jirnexxix, ħu pawża jekk tkun qed tiddiskuti, jew issuġġerixxi pawża jekk tkun medjatur.
    • Erġa' lura wara ġimgħa jew tnejn. Jekk m'hemm ħadd medjatur, ħajjar lil xi ħadd joqgħod hu.
    • Għamel pass lura jew sib artiklu biex jaljenak. Aqbad proġett tal-Wikipedija; is-servizzi tiegħek huma dejjem meħtieġa kabbar u żid l-informazzjoni f'xi artiklu, għin artiklu. Jew inkella ikteb artiklu ġdid.
  • Ftakar x'mhix il-Wikipedija.
  • Ara l-lista ta' żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija.

Kif tevita l-abbuż tal-paġna ta' diskussjoni

Ħafna nies huma kburin bix-xogħol tagħhom u l-opinjoni tagħhom. Xi reviżjoni tista' tweġġek jew ittellagħhomlok, imma il-paġni ta' diskussjoni m'humiex il-post fejn tirreaġixxi bl-ikrah. Dawn il-paġni jtuk iċ-ċans li ttaffi – b'konfront paċifiku – dak li jinkwietak, u fuq kollox, huma l-post fejn għandu jinstab l-aħjar qbil possibli dwar il-kontenut tal-artikli marbuta magħhom.

Xi affarjiet li għandek iżżomm f'moħħok

  • L-artikli tal-Wikipedija għandhom jirrapreżentaw il-punti di vista kollha (ara NPOV) u ma jżommux ma' wieħed jew ieħor, il-paġni ta' diskussjoni huma l-post fejn għandhom jiġu diskussi l-affarijiet li ma jaqbilx magħhom kulħadd. Jinħtieġ, però, li wieħed jibqa' strettament fuq is-suġġett.
  • Jekk xi ħadd ma jaqbilx miegħek, dan mhux bilfors ifisser li (1) jobgħodok, (2) jaħseb li int stupidu, (3) hu stupidu, (4) hu kattiv, eċċ. Fil-prattika, meta xi ħadd idaħħal fehmiet li m'għandhomx effetti diretti u konkreti fuq l-artiklu, l-aħjar ħaġa hi li tinjorahom u twaqqa' d-diskussjoni.
  • Il-Wikipedija tistiednek biex ma toqgħodx lura. Qabel tibda diskussjoni staqsi lilek innifsek: huwa verament neċessarju li tiddiskuti? Nista' nagħti l-verżjoni tiegħi u nistenna l-oħrajn jibdew jiddiskutuha, jekk jaħsbu hekk?
  • Tista' wkoll taqleb id-diskussjoni għal fuq il-posta elettronika jew għal fuq il-paġna tal-utent tiegħek, jekk mhijiex essenzjali għall-artiklu.

Xi ftit iktar pariri biex tiddiskuti b'mod edukat

  • Kun dejjem ċar u konċiż fil-punt li qiegħed tagħmel, speċjalment meta twieġeb.
    • Tikkwota post huwa tajjeb, imma tgħid kif tinterpretaha huwa aħjar. Qabel ma tagħti t-tort lil xi ħadd, żomm f'moħħok li jista' jkun li int fhimtu ħażin.
  • Tattakkax direttament u personalment il-persuni jew ir-reviżjonijiet tagħhom.
    • Termini bħal "razzista", "sessista", "injorant", "missek tistħi", jew anki "miktub ħażin" huma meqjusa bħala termini offensivi.
      Huma kliem li jagħmluha diffiċli biex tinħoloq diskussjoni produttiva.
  • Ipprova tużax kliem "baxx". Anke jekk lilek ma jaffettwawkx, termini bħal dawn jistgħu jurtaw u jdejqu lil xi nies.

Iktar pariri

Xi pariri mingħand Larry Sanger:

  • kun miftuħ u akkoljenti, mhux iżolat,
  • ikkonċentra fuq il-kitba tal-enċiklopedija u tqisx din il-biċċa xogħol bħala dibattitu,
  • irrikonoxxi u faħħar xogħol tajjeb; xogħol dettaljat li jillimita ruħu għall-fatti, jinforma tajjeb u fih referenzi tajbin,
  • aħdem biex tifhem il-għaliex tintalab in-newtralità u għaliex hi hekk meħtieġa u tajba għal dan il-proġett,
  • ittratta dawk il-membri produttivi u ta' rieda tajba tal-Wikipedija b'rispett,
  • faħħar lil dawk il-persuni li huma informati tajjeb f'qasam partikulari u li jafu jiktbu sew fuqu.

Mingħand Kingturtle:

  • Ġiegħel lill-oħrajn iħossuhom komdi (anki min ilu żmien ma jieħu sehem, anki dawk li tqis antipatiċi)
  • Oħloq u żomm ambjent ta' ħbiberija
  • Dawwar wiċċek in-naħa l-oħra (u tbiegħed minn gwerer tal-editjar)
  • Għid x'laqtek minn xogħol partikulari, speċjalment jekk ikun ta' xi ħadd li ma tafux (ħafna nies jieħdu gost jaraw li huma mfittxija u apprezzati)
  • Aħfer
  • Fuq kollox, ħu gost !!!

U biex ngħalqu, fl-aħħar u mhux l-inqas, l-iStatut ta' prinċipji ta' Jimbo Wales, missier il-Wikipedija.

Tags:

wikiketta Prinċipji ta etiketta tal-Wikipedijawikiketta Kif tevita l-abbuż tal-paġna ta diskussjoniwikikettaGħajnuna:Gwida essenzjaliGħajnuna:KategorijiGħajnuna:Kif tibda artikluGħajnuna:Kif timmodifika artikluGħajnuna:Kif tirreġistraGħajnuna:KontenutGħajnuna:KonvenzjonijietGħajnuna:Żbalji komuni fl-użu tal-WikipedijaWikipedija:Glossarju

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Storja ta' MaltaĦal TarxienProtestantiżmuDubai (belt)PakistanĠwanni KriżostmuMawritanjaKalifat AlmohadDe factoMadre Tereża ta' KalkuttaOssiġenuAżerbajġanAfganistanNamibjaWikiħbarijietMont-Saint-MichelKarozzaIljunIranKunya-UrgenchMixja NeokatekumenaliMicrosoftLingwa TaljanaIżraelJum ir-Repubblika (Malta)San Pawl il-BaħarAlbert EinsteinTaħditLürssenMediċinaLetteratura MaltijaLilleKapitali Ewropea tal-Kultura2023Premju Nobel għall-PaċiIsaac NewtonRwandaLingwa ĠermaniżaDonald TrumpClaudio MonteverdiLingwa IrlandiżaLos AngelesXemxKajrEwropa tal-LvantFrankfurt am MainFutbolXigħaDanimarkaIt-Tieni Gwerra DinjijaStorjaRenju UnitArabja SawdijaBit2007PoddataSudanVjetnamSwar tal-KottoneraUgandaWorldCatTrinidad u TobagoKulturaAwwissuUnitajiet ta' kejl MaltinĠużeppi MoscatiInterLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-GreċjaMarie Antoinette🡆 More