Kontenut Kif tirreġistra Kif timmodifika artiklu Kif tibda artiklu Skop u użu tal-kategoriji Ġergo tal-Wikipedija Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija Gwida essenzjali Wikiketta Konvenzjonijiet
Għajnuna |
Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna |
Indiċi |
Ħoloq |
Politika u linji gwida |
Daħħal titlu: u agħfas "Oħloq paġna" |
Meta tagħfas il-buttuna "oħloq paġna" din twasslek f'paġna tal-editjar fejn tkun tista' tibda tikteb test ġdid. Fil-każ li jkollok bżonn, il-paġna tal-editjar għandha wkoll ħolqa mal-Għajnuna biex teditja. Hemm ukoll din il-ħolqa li tista' tgħinek: Għajnuna:Gwida essenzjali/Editjar.
Mhux bilfors tuża din il-paġna biex toħloq artiklu ġdid. Tista' toħloq artikliu billi tniżżel it-titlu li trid, nagħtu kas "Wenzu u Rożi", fil-kexxun fil-kantuniera tal-lemin ta' fuq (Fittex) u tfittex dan it-titlu. Jekk ma jeżistix artiklu b'dan l-isem, fir-"Riżultati tat-tfittxija" issib: Oħloq il-paġna "Wenzu u Rożi" fuq din il-wiki! Meta tikklikkja fuq "Wenzu u Rożi" tiġi fuq il-paġna tal-editjar u tista' tibda. Inkella tista' tuża l-URL: http:https://www.duhoctrungquoc.vn/wiki/index.php?lang=mt&q=Wenzu_u_Rożi&action=edit.
Ninkuraġġixxu lill-utenti li jkunu kuraġġużi meta jibdew artiklu ġdid.
Meta tkun qiegħed toħloq artiklu ġdid, għandek iżomm f' moħħok li:
Biex tibda paġna ġdida trid tmur Idħol jew oħloq kont bl-isem tal-kont tiegħek. Jekk għad m'għandikx kont, tista' toħloq wieħed hawn. Meta tkun dħalt, tista' tagħfas fuq il-ħolqa ħamra għal dik il-paġna l-ġdida. Din tieħdok fil-paġna tal-editjar tal-paġna l-ġdida fejn tista' tibda timmodifika il-paġna.
Hemm mod ieħor kif toħloq artiklu. Agħmel tfittxija għat-titlu l-ġdid bil-buttuna Mur (kif suppost diġa għamilt). Jekk it-tfittxija ma ssib xejn agħfas "oħloq l-artiklu".
Ħoloq ma paġni li għadhom ma jeżistux huma komuni. Dawn jinħolqu jew b'tħejjija għall-ħolqien ta' paġna, u/jew biex jinkuraġġixxu nies oħrajn li jagħmlu hekk. Il-ħoloq mhux biss bżonnjużi għan-navigazzjoni imma wkoll jgħinu biex in-nies isiru jafu bil-paġna l-ġdida (dawk li jkunu qegħdin jaqraw xi paġna li għandha x'taqsam u anki dawk li jsegwu paġna li għandha x'taqsam). Ħoloq għal paġni ġodda m'għandhomx jitqiesu bħala miksura, sakemm l-isem jidentifika korretament il-kontenut intenzjonat. (Ħolqa għal paġna ġdida b'isem "inkorrett" jew spellut ħażin, jew li tidduplika kontenut li diġà jinsab taħt isem ieħor hi "miksura" f'sens differenti.)
Ħoloq għal paġni ġodda jidhru differenti minn ħoloq għal paġni li diġà jeżistu, dawn tal-ewwel huma indikati bl-aħmar u għalhekk ngħidulhom "ħoloq ħomor". Ħoloq għal paġni li ma jeżistux jistgħu jinħolqu b' [[Isem ta' paġna ġdida]] mill-editur wiki. (F'dan il-każ tinħoloq il-paġna vojta "Isem ta' paġna ġdida")
Dejjem tista' toħloq ħolqa int stess, f'paġna li għandha x'taqsam, paġna werrej jew il-paġna tal-utent tiegħek. Imma jekk tkun qiegħed taħseb li toħloq ħolqa, aħjar tistenna sakemm toħloq il-paġna l-ġdida, l-iżjed jekk il-ħolqa tkun ħa tieħu post paġna eżistenti. F'dal-każ, oħloq il-ħolqa, imma agħfas "Anteprima" minflok "Issevja". Mill-post tal-anteprima, meta tikklikja l-ħolqa ġdida, tinħoloq paġna ġdida (mingħajr ma taġġorna l-paġna referenti).
Mod ħafif biex tibda l-proċess ta' paġna ġdida b'kwalunkwe isem hu li ddaħal: "mt.wikipedia.org/wiki/*****" fil-kexxun tal-URL jew sempliċiment tibdel il parti tal-isem fil-URL tal-paġna eżistenti f'*****. Uża "_" għall-ispazji bejn il-kliem. Meta tuża l-URL għall-paġna l-ġdida, jidher il-messaġġ 'Il-Wikipedija għad m'għandhiex artiklu b'dan l-isem' u 'Ibda l-artiklu bl-isem *****'. Jekk tagħfas din tal-aħħar tmur fil-paġna 'Qed jiġi editjat l-artiklu *****' li tista' tintuża biex tibda tikteb il-kontenut.
Il-Paġna tal-provi tista' tintuża għal esperimentar temporanju però titbattal awtomatikament kull 12-il siegħa. Għal materjal ta' stub li tixtieq iżżom iżjed fit-tul tista' tuża s-sotto-paġni fil-kont tal-utent tiegħek u tmexxih għall-artiklu propja meta tkun lest. Għal dan irid ikollok kont tal-utent.
Biex toħloq sotto-paġna tal-utent, uża referenza (titlu): 'Utent:Isem tal-utent/Sotto-paġna ġdida'. Is-sotto-paġni tal-utent jistgħu jintużaw għall-prova ta' templates ġodda bis-sintassi {{Utent:Isem tal-utent/Isem tas-sotto-paġna}}. Uża l-isem tal-utent tiegħek minflok Isem tal-utent. Fil-fatti kwalunkwe isem itik sotto-paġna, imma nagħmlu rakommandazzjoni qawwija li tuża tiegħek.
Għalkemm l-eħfef mod biex tibda huwa li tieħu test eżistenti u tinkollah fil-wiki, għandek mnejn trid tipprova taqleb mill-"Word" jew HTML għall-"wiki markup".
M'hemmx mod assolut kif iżżom paġna milli tinħoloq, imma tista' toħloq paġna b'test.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Għajnuna:Kif tibda artiklu, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.