Guillaume Cornelis Van Beverloo: Artist Olandiż tal-moviment COBRA magħruf aħjar bħala Corneille (1922-2010)

Corneille – Guillaume Cornelis van Beverloo (twieled fit-3 ta’ Lulju 1922 – miet fil-5 ta’ Settembru 2010), magħruf aħjar bil-psewdonimu tiegħu Corneille, kien artist Olandiż.

Guillaume Cornelis van Beverloo
Guillaume Cornelis Van Beverloo: Artist Olandiż tal-moviment COBRA magħruf aħjar bħala Corneille (1922-2010)
Ħajja
Twelid Liège, 4 Lulju 1922
Nazzjonalità Renju tan-Netherlands
Mewt L'Isle-Adam (en) Translate, 5 Settembru 2010
Edukazzjoni
Alma mater Akkademja Rjali tal-Arti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
tipografu
skultur
artist taċ-ċeramika
poeta
Illustratur
fotografu
artist grafiku
disinjatur
Parteċipant
Premjijiet
List
  • Commander of the Order of the Netherlands Lion Commander of the Order of the Netherlands Lion
Moviment COBRA
Psewdonomu Beverloo, Corneille Guillaume

Bijografija

Guillaume Cornelis Van Beverloo: Artist Olandiż tal-moviment COBRA magħruf aħjar bħala Corneille (1922-2010) 
Il-pjanu mpitter minn Corneille; ritratt f’bejgħ b’irkant ta’ Christies fl-1987

Corneille twieled f’Liège, il-Belġju, għalkemm il-ġenituri tiegħu kienu Olandiżi u reġgħu lura fin-Netherlands meta kellu 12-il sena. Huwa studja l-arti fl-Akkademja tal-Arti f’Amsterdam, il-belt kapitali tan-Netherlands. Huwa kien wieħed mill-fundaturi tal-moviment REFLEX fl-1948 u fl-1949 huwa kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-moviment COBRA, li kellu influwenza kbira fuq l-arti Skandinava. Huwa kien attiv fi ħdan il-grupp mill-bidu nett, mhux biss permezz tal-pittura iżda wkoll billi ppubblika l-poeżiji fir-rivista Cobra magazine. Huwa kien kofundatur tal-Experimentele Groep in Holland. Corneille kien ispirat mit-tpinġijiet tat-tfal, u kien jemmen fl-importanza li wieħed jintroduċi l-arti lit-tfal li tkun kollegata b’xi mod mal-esperjenza tagħhom. Meta sema’ matul żjara fil-Mużew COBRA fis-snin 90 tas-seklu 20 li kien hemm it-“Tislif tal-Arti lit-Tfal”, huwa tkellem mal-fundatur Roby Bellemans u staqsa biex jibgħatlu iktar tagħrif f’daru f’Pariġi dwar dan il-proġett. Huwa ddeċieda li jippromwovi l-inizjattiva. Beda b’lista ta’ appoġġ u pperswada lil artisti oħra bħal Shinkichi Tajiri biex jiffirmaw.

Influwenza u stil

Guillaume Cornelis Van Beverloo: Artist Olandiż tal-moviment COBRA magħruf aħjar bħala Corneille (1922-2010) 
L-istatwa De Vliegende Kat ta’ Corneille fl-għadira ta’ wara l-Mużew COBRA f’Amstelveen

Corneille kien influwenzat ferm minn Miró u Klee. Wara x-xoljiment tal-grupp fl-1951, huwa mar jgħix f’Pariġi, Franza, u beda jikkollezzjona l-arti Afrikana. Dawn l-artefatti saru evidenti fix-xogħlijiet tiegħu, li beda jkollhom stil iktar immaġinattiv, bħal pereżempju pajsaġġi mill-għoli, għasafar eżotiċi, u forom stilizzati. Ix-xogħol tiegħu huwa espost fil-kollezzjoni taċ-Ċentru Georges Pompidou.

Sa mewtu Corneille għex u ħadem f’Pariġi, u għamel żjarat lejn Iżrael fejn ħadem ma’ Jaffa Atelier.

Fl-24 ta’ Settembru 2003, kien hemm wirja tax-xogħlijiet stampati tiegħu fil-Mużew ta’ Ramat Gan, Iżrael. Huwa miet f’Auvers-sur-Oise, Franza.

Referenzi

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Jantar Mantar, JaipurMartin Luther King Jr.Ewropa t'IsfelLingwa TaljanaStati UnitiImperu BrittanikuKoranOpossum ta' spallejh suwedAmbjent (bijoloġija)EnċiklopedijaPajjiżAlbert EinsteinLingwa FranċiżaPersepolis FCMultilingwiżmuPortugallĦal TarxienAlfabett MaltiBloggMadre Tereża ta' KalkuttaMaltaFattFutbolSette GiugnoJum il-VitorjaOttorino RespighiSudanRabat (Għawdex)Mikiel Anton VassalliAlbanijaGżejjer MarshallBarokkWikizzjunarjuDonald TrumpĦavanaMixja NeokatekumenaliArabja SawdijaTabibSan ĠużeppAstronomuQattusTebe (Eġittu)Id-DinjaMewtJoe BidenMawritanjaĠnus MagħqudaMaliTeatru RjalIt-Tieni Gwerra DinjijaLos AngelesIl-Paġna prinċipaliAssedju ta' Malta (1565)GwatemalaOrdni ta' San ĠwannLingwa GħarbijaMawrizjuFiżikaBariBarċellonaGinea EkwatorjaliNikaragwaNazzjonaliżmuPremju Nobel għall-PaċiIżlamMedjuevuAda LovelaceTaylor SwiftTazza tad-Dinja tal-Futbol 2014🡆 More