Antropoloġija

L-Antropoloġija (mill-kelma Grieka: ἄνθρωπος, antropos, bniedem; u λόγος, logos, taħdit litt.

li titkellem dwar il-bnedmin) hija l-istudju ta' l-umanità. L-antropoloġija tnisslet mix-xjenzi naturali, l-istudji umanistiċi, u x-xjenzi soċjali. Dan it-terminu ġie użat l-ewwel darba minn François Péron meta iddiskuta l-inkontri tiegħu ma' l- Aboriġini ta' Tasmania. L-Antropoloġija hija l-istudju tal-karatteristiċi fiżiċi, soċjali u kulturali ta' l-umanità. L-Etnografija tirreferi kemm għal waħda mill-metodi ewlenin ta' l-antropoloġija u kemm għat-test li jinkiteb bħala riżultat tal-prattika ta' l-antopoloġija u l-elementi tagħha.

Minn żmien ix-xogħol ta' Franz Boas u Bronisław Malinowski fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, l-antropoloġija bdiet tiddistingwixxi ruħha minn xjenzi soċjali oħra minħabba l-enfażi fuq l-eżaminazzjoni fil-fond tal-kuntest, ipparagunar bejn kulturi differenti, u l-importanza li tefgħat fuq l-osservazzjoni parteċipattiva, jew immersjoni esperementali, fit-tul fiż-żona tar-riċerka. L-antropoloġija, partikolarment dik kulturali, enfasizzat ir-relattivita kulturali u l-użu ta' sejbiet mir-riċerka biex issir kritika kulturali. Din kienet partikolarment prominenti fl-Istati Uniti, mill-argumenti ta' Boas kontra l-ideoloġija razzjali tas-seklu 19, għall-ġlieda ta' Margaret Mead għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liberazzjoni sesswali, sal-ktirika kurrenti ta' l-oppressjoni post-kolonjali u l-promozzjoni tal-multikulturaliżmu.

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

KimikaL-element semitiku fil-MaltiWiki CommonsGambjaMadonna tal-KarmnuXemxSpirtu s-SantuDe factoEdgar de WahlĦasan Samsam al-Dawla IIIStat kostruttAnnimalIżlamLavaArtiPeléSalvador DalíBotswanaLeptis MagnaEspooBangladexxĊekjaBijomaBavarjaGwatemalaAigaiMultilingwiżmuLos AngelesFrankfurt am MainBloggWikikwotaAIDSMartin Luther King Jr.EnċiklopedijaKolombjaAda LovelaceFidel CastroMikiel Anton VassalliMunichTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Letteratura MaltijaKittiebAntonio VivaldiPariġiPawlu CremonaSienaPortugallEwropa t'IsfelPremier League MaltiKorea t'IsfelĠappunLibanuLingwa PollakkaRaħal ĠdidSistema SolariSan MarinoUnitajiet ta' kejl MaltinBaħar tar-Ramel tan-NamibjaIngilterraRepubblika DominikanaDonald TrumpKunsilli lokali ta' MaltaBaskitbolMaliRepubblika RumanaMejjuArkitettura f'Malta🡆 More