Meta il-Bniedem Prestoriku beda jgħix fl-għerien, iż-żwiemel kienu ilhom diġa fid-dinja madwar miljun sena.
Evoluzzjoni
L-ewwel żiemel kien id-daqs ta' fenek. Kien jiekol pjanti u weraq fil-foresti ta' l-Ewropa, l-Asja tal-Lvant u l-Amerika ta' Fuq, madwar 50 miljun sena ilu. Jissejjaħ ukoll Eohippus jew 'L-Ewwel Żiemel'.
30 miljun sena ilu, Mesohippus jew 'Iż-Żiemel tan-Nofs', kien kbir daqs mogħża tal-lum, b'saqajn itwal u tliet iswaba fuq kull sieq. Is-sabà tan-nofs kien il-bidu ta' difer taż-żiemel.
Għaxar miljun sena wara, kien hemm iż-żiemel imdaqqas Merychippus jew 'Grazing Horse'. Snienu kienu itwal u aħjar biex iqaċċtu l-ħaxix biex jiekol.
Għaxar miljun sena ilu, il-Merychippus, reġa' sar tibdil enormi fiż-żwiemel, fil-fatt il-Pliohippus kien kbir daqs poni. Kellu d-difer bħal taż-żwiemel tal-lum u kellu saqajn twal biżżejjed biex ikun jista' jivjaġġa fit-tul.
Dan it-tip ta' żiemel imsejjaħ 'iż-Żiemel Modern' beda jgħix fid-dinja madwar żewġ miljun sena ilu. Minn dak iż-żmien 'l hawn ftit li xejn sar tibdil fl-istrutura taż-żiemel.
Tipi ta' Żwiemel
Hawn diversi razzez ta' żwiemel, kull razza tingħaraf minn oħra permezz ta' differenza fil-kuluri u marki, kif ukoll mid-daqs, karattru u l-fatturi tal-ġisem. Dawn huma xi razzez differenti ta' żwiemel:
Iż-Żiemel ta' l-Irkib (Hack) huwa tip ta' żiemel li n-nies jirkbu fuqu għall-gost, fi kliem ieħor huwa dak iż-żiemel li jintuża' għall-horse riding. Il-hack għandu għonqu u saqajh twal u eleganti u b'dak ġismu mhux daqshekk tqil huwa ż-żiemel perfett biex tirkeb mara.
L-Eventer huwa żiemel sinjur bit-talenti! Huwa dak iż-żiemel dritt li jintuża mill-pulizija tal-kavallerija u f'diversi festi importanti. Huwa magħruf ukoll għall-isport tal-ġiri bil-qbiż li jsir miż-żwiemel. Fil-fatt b'hekk jissejaħ Eventer għax jieħu sehem f'diversi avvenimenti.
Żiemel Kaċċatur (Hunter) jista' jkun kull żiemel li huwa tajjeb għall-kaċċa tal-volpi. Imma bniedem li mhux interresat fil-kaċċa jista' juża dan iż-żiemel biex jivjaġġa bih minn post għal ieħor.
Cob huwa dak iż-żiemel li jintuża' biex iġorr xi karettun, karozzin jew tip ta' trasport ieħor li jitmexxa minn żiemel. Il-Cob ikollu għonqu qasir u saqajh irqaq u qosra, imma huwa verament b'saħħtu. Il-persuna li tidderieġi lil dan iż-żiemel tissejjaħ kuċċier.
L-aħħar Tarpani li kienu jeżistu fis-salvaġġ kienu jinstabu fir-Russja madwar 100 sena ilu. Illum il-ġurnata ftit għadek issib li jgħixu fi grupp ukoll. It-Tarpan ġej mir-razza taż-żwiemel magħrufa bħala Plateau.
Iż-Żiemel ta' Przewalski: Magħruf ukoll bħala ż-Żiemel Salvaġġ Mongoljan, jew iż-Żiemel Salvaġġ Asjatiku. Dan it-tip ta' żiemel huwa msemmi għall-Kurunell Nicolai Przewalski, li fl-1881, sab merħla żwiemel li ilhom jeżistu minn Żmien is-Silġ u qatt ma nbidlu. Illum ftit għadek issib jgħixu fis-salvaġġ, dawn tista' issibhom fil-lbiċ tal-Mongolja. Dan iż-żiemel ġej mir-razza pre-storika Steppe.
Matul it-tfittix għad-deheb fl-Awstralja fl-1850, ħafna raħħala u bdiewa telqu mid-dar tagħhom biex ifitxxu 'l fortuna. U sabu dawn iż-żwiemel Brumby jgħixu fis-salvaġġ. Dawn kienu jużawhom bħala għajnuna f'xogħolhom sa kemm daħlu l-magni, wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Partijiet Differenti fil-Ġisem taż-Żiemel
Għonq
Ħaddejn
Imnifsejn
Geddum
Chin Groove
Poll
Crest
Withers
Minkeb
Sider
Spalla
Kanal ta' l-Għonq
Driegħ
Rkobba
Cannon
Fetlock Joint
Coronet
Ergot
Pastern
Chestnut
Dahar
Loins
Qagħad
Croup
Dock
Denb
Falda
Gaskin
Hock
Point of Hock
This article uses material from the Wikipedia Malti article Żiemel, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses. ®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.