Youtube: Pjattaforma onlajn ta' Google għall-videos

YouTube huwa sit elettroniku fejn l-utenti jistgħu jtellgħu u jaqsmu flimkien vidjos.

Fi Frar tal-2005 tliet eks-ħaddiema ta' PayPal ingħaqdu biex iffurmaw il-YouTube. F'Novembru tal-2006, YouTube, LLC inxtrat mill-Google Inc. għal $1.65 biljun, u attwalment topera bħala sussidjarja tal-Google.

YouTube, LLC
Tip Sussidjarja, Kumpanija b'responsabbilità limitata
Fundazzjoni Frar 2005
Fundatur Steve Chen
Chad Hurley
Jawed Karim
Kwartieri ġenerali San Bruno, CA, Stati Uniti
Żona tas-servizz Madwar id-dinja
Nies importanti Chad Hurley (CEO)
Steve Chen (CTO)
Jawed Karim (Assessur)
Proprjetarju Google Inc.
Slogan "Broadcast Yourself" ("Xandar lilek innifsek")
Sit elettroniku www.youtube.com
Pożizzjoni fuq Alexa 3
Tip ta' sit Video sharing
Reklamar Google AdSense
Reġistrazzjoni Opzjonali (bżonnjuża jekk trid ittella' vidjos, tikkummenta u tivvota)
Lingwi disponibbli 14-il lingwa
Stat attwali Attiva

Il-kumpanija hija bbażata f'San Bruno, ġewwa Kalifornja, u tuża' t-teknoloġija Adobe Flash Video biex turi varjetà kbira ta' kontenut viżwali prodott mill-utenti. Ħafna mill-kontenut fuq il-YouTube ittella' minn individwi, imma xi korporazzjonijiet tal-istampa bħas-CBS, il-BBC, il-UMG u organizzazzjonijiet oħra joffru ċertu materjal minn tagħhom fuq dan is-sit, bħala parti mill-programm ta' sħubija tal-YouTube.

Utenti li mhumiex reġistrati jistgħu jaraw il-vidjos, waqt li utenti reġistrati jitħallew itellgħu numru bla limitu ta' vidjos. Vidjos li jista' jkun fihom kontenut offensiv jistgħu jarawhom biss utenti fuq l-età ta' tmintax-il sena. Huwa projbit, skont it-termini tas-servizz tal-YouTube, li jittelgħu vidjos li juru diffamazzjoni, pornografija, ksur tal-copyright, u materjal li jinkoraġġixxi kondotta kriminali.

Storja

Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika 
L-ewwel kwartieri ġenerali ġewwa San Mateo, Kalifornja

YouTube twaqqaf minn Chad Hurley, Steve Chen u Jawed Karim, li qabel kienu jaħdmu flimkien ma' PayPal. Hurley studja d-disinn fl-Università ta' Pennsylvania ġewwa Indiana, filwaqt li Chen u Karim studjaw l-informatika flimkien ġewwa l-Università ta' Illinois ġewwa Urbana-Champaign.

Skont storja li ssemmiet diversi drabi fil-medja, Chad Hurley u Steve Chen żviluppaw l-idea għall-YouTube matul l-ewwel xhur tal-2005, wara li kienu sabuha diffiċli li jaqsmu xi vidjos li kienu ħadu matul festin fl-appartament ta' Chen f'San Francisco. Jawed Karim ma attendiex il-festin u ċaħad li ġara hekk, u Chad Hurley ikkummenta li l-idea li l-YouTube twaqqaf wara festin "kienet x'aktarx iktar imsaħħa b'ideat mis-suq li kienu qed jiġru biex joħolqu storja li kienet diġestibbli."

L-ewwel kwartieri ġenerali kienu jinsabu fuq pizzerija u ristorant Ġappuniż f'San Mateo, f'Kalifornja. L-isem tad-dominju www.youtube.com ġie attivat fi Frar tal-2005, u l-websajt bdiet tiġi żviluppata fix-xhur segwenti. L-ewwel vidjo li ttella' fuq il-YouTube kien intitolat Me at the zoo (Jien fiż-żu), fejn juri lill-fundatur Jawed Karim fil-ġnien żooloġiku ta' San Diego. Il-vidjo ttella' fit-23 ta' April, 2005, u għadu jista' jintwera fuq is-sit.

YouTube offrew lill-pubbliku verżjoni beta tas-sit f'Mejju tal-2005, sitt xhur qabel it-tnedija uffiċjali tas-sit f'Novembru 2005. Is-sit mal-ewwel wera sinjali ta' popolarità, u f'Lulju 2006 il-kumpanija ħabbret li 65,000 vidjos ġodda kienu qed jittellgħu kuljum, u li s-sit kien qed jirċievi mal-100 miljun viżta kuljum. Skont dati ppubblikati minn comScore, kumpanija li tkopri studji fuq l-iswieq, tarrfet kif il-YouTube hu l-aqwa fornitur ta' vidjos online ġewwa l-Istati Uniti, fejn għandha f'idejha 43 fil-mija ta' dan is-suq u kif ukoll aktar minn sitt biljun vidjo li ntwerew matul Jannar 2009. Hu stmat li 20 siegħa ta' vidjos ġodda jittellgħu kull minuta fuq is-sit, u li madwar tliet kwarti tal-materjal huwa minn barra l-Istati Uniti. F'Marzu tal-2008, l-ispiża tal-bandwith tal-YouTube kienet stmata li tammonta għal miljun dollaru Amerikan kuljum. Skont Alexa, YouTube huwa t-tielet l-aktar sit li jżuruh nies fuq l-internet, wara Yahoo! u Google.

F'Ottubru 2006, Google Inc. ħabbet li xtrat lill-YouTube għal US$1.65 biljun fl-istokk tal-Google, u l-qbil ġie ffinalizzat fit-13 ta' Novembru, 2006.

Impatt soċjali

Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika 
Kompjuters juru l-paġna prinċipali tal-YouTube

Qabel il-bidu ta' YouTube fl-2005, kien hemm ftit metodi faċli li bihom l-utenti ordinarji kienu jistgħu jtellgħu vidjos fuq l-internet. Permezz ta' intefaċċa ħafifa biex tintuża, il-YouTube għamilha ħafifa għal kull min għandu konnessjoni tal-internet biex jibgħat vidjo li miljun ta' nies jistgħu jaraw f'temp ta' ftit minuti. Is-suġġetti vasti li jiġu koperti fuq il-YouTube biddlu l-fenomenu tal-qsim tal-vidjos għall-wieħed mill-aktar komponenti importanti tal-kultura tal-internet.

Eżempju tal-impatt soċjali bikri tal-YouTube hu s-suċċess tal-vidjo The Bus Uncle fl-2006. Dan juri konverżazzjoni sħuna bejn żagħżugħ u raġel ta' età iktar matura fuq karozza tal-linja ġewwa Ħong Kong; dan spiċċa jiġi diskuss ħafna fil-medja mondjali. Vidjo ieħor tal-YouTube li kiseb kopertura estensiva huwa guitar, li juri persuna jdoqq fuq kitarra elettrika parti minn Pachelbel's Canon. L-isem tal-esebitur ma jingħatax fil-vidjo, u wara li rċieva miljun ta' viżti, in-New York Times xandret l-identità tal-kitarrista bħala Jeong-Hyun Lim, żagħżugħ ta' 23 sena mill-Korea t'Isfel li rrekordja dan il-vidjo fuq is-sodda tiegħu.

Kritika

Għal ħafna drabi l-YouTube safa kkritikat minħabba li naqas li jassigura li l-kontenut tiegħu jaderixxi mal-liġi tal-copyright. Fil-mument fejn ikun se jittella' vidjo, l-utenti tal-YouTube jintwerew nota bil-messaġġ segwenti:

Ittellax l-ebda programm televiżivi, vidjos mużikali, kunċerti mużikali jew reklami mingħajr il-permess sakemm dawn jikkonsistu ta' kontenut moħluq kompletament minnek stess. Il-paġna Suġġerimenti fuq il-copyright u l-Linji gwida tal-komunità jistgħu jgħinuk biex tiddetermina jekk il-vidjo tiegħek jivvjola l-copyright ta' xi ħaddieħor.

Minkejja din l-avvertenza, xorta waħda hemm diversi vidjos ta' programmi tat-televiżjoni, films u vidjos mużikali fuq il-YouTube. Il-YouTube ma jiċċekjawx x'vidjo jiġi mtella' qabel ma jidher online, u hu f'idejn il-proprjetarji tal-copyright li joħorġu stqarrijiet biex jitneħħew dawn il-vidjos skont it-termini tad-Digital Millennium Copyright Act. Organizzazzjoni bħal Viacom u l-Premier League Ingliż fittxew għad-danni lill-YouTube, fejn stqarrew li dawn tal-aħħar għamlu ftit wisq biex jipprevjenu li jiġu mtellgħa materjal bil-copyright. Viacom talbet għal riżarċiment ta' danni ta' biljun dollaru Amerikan wara li sabet iktar minn 150,000 vidjo mhux awtorizzat mill-materjal tagħha fuq il-YouTube, li ntwera għan-"numru inkredibbli ta' 1.5 biljun darba". Wara dan il-każ, il-YouTube introduċa sistema ġdida imsejħa Video ID li tiċċekkja jekk il-vidjos li jittellgħu jkunux jaqblu ma' databażi ta' kontenut bil-copyright bil-għan li jonqsu l-każijiet ta' vjolazzjonijiet tal-copyright.

Privatezza

F'Lulju tal-2008, Viacom rebħet sentenza fil-qorti fejn talbet lill-YouTube biex jagħti d-dati dettaljati tal-abitudnijiet ta' kull utent li ra xi vidjo fuq dan is-sit. Dan il-każ wassal għal preokkupazzjonijiet li l-abitudnijiet ta' utenti individwali jistgħu jiġu identifikati permezz tal-kombinazzjoni tal-indirizz IP u l-ismijiet tal-kont tagħhom. Din id-deċiżjoni ġiet ikkritika mill-Electronic Frontier Foundation, li stqarret kif is-sentenza tal-qorti "tostakola d-drittijiet tal-privatezza".

Kontenut mhux xieraq

Il-YouTube affaċċja wkoll kritika fuq il-kontenut offensiv ta' xi ċerti vidjos. Minkejja li t-termini ta' servizz tal-YouTube jipprojbixxu li jittella' materjal li jista' jiġi kkunsidrat bħala mhux xieraq, il-volum qawwi ta' vidjos li jittellgħu jagħmilha diffiċli biex il-YouTube jiċċekkjaw kull vidjo wieħed wieħed qabel ma jmur online. Suġġetti kontroversjali għall-vidjos kienu jinkludu n-negazzjoni tal-Olokawstu u d-Diżastru ta' Hillsborough, fejn 96 partitarju tal-futbol minn Liverpool mietu fl-1989, teoriji ta' konfoffi u reliġjon.

Huwa f'idejn l-utenti biex jimmarkaw il-kontenut tal-vidjos bħala mhux xieraq, u wara, impjegat tal-YouTube janalizza l-vidjo immarkat u f'dak l-istadju jiddeċiedi jekk dak il-vidjo imurx kontra t-termini ta' servizz tas-sit jew le.

Imblukkar

Diversi pajjiżi imblukkaw l-aċċess għall-YouTube minn mindu twaqqaf dan is-sit, fosthom iċ-Ċina, il-Marokk, u t-Tajlandja. Bħal issa, il-YouTube huwa imblukkat ġewwa t-Turkija wara kontroversja fuq xi vidjos li dehru li kienu qed jinsulentaw lil Mustafa Kemal Atatürk. Minkejja l-blokk, il-Prim Ministru Tork Recep Tayyip Erdoğan stqarr mal-ġurnalisti li hu jista' jidħol fuq YouTube, minħabba li s-sit hu xorta waħda disponibbli ġewwa t-Turkija billi wieħed juża' proxy miftuħ.

Nhar it-3 ta' Diċembru, 2006, l-Iran imblokka temporanjament 'il-YouTube, flimkien ma' xi siti oħra, wara li ddikjarawhom bħala vjolazzjoni tal-kodiċi soċjali u morali. Dan il-blokk seħħ wara ttella' vidjo li juri lil stilla tas-soap opera Iranjan jagħmel is-sess. Il-blokk ġie mneħħa ftit wara, imma reġa' ġie attivat wara l-elezzjoni presidenzjali 2009 tal-Iran.

Fit-23 ta' Frar, 2008, il-Pakistan imblokka l-YouTube minħabba "materjal offensiv" lejn it-twemmin Iżlamiku li jinkludu d-dehra tal-karikaturi Daniżi tal-profetta Mawmettu. Dan wassal għal kważi blokk madwar id-dinja kollha tas-sit tal-YouTube għal madwar sagħtejn, hekk kif l-imblokk Pakistani inċidentalment spiċċa trasferit lejn pajjiżi oħra. Xi skejjel f'ċerti pajjiżi imblukkaw lill-YouTube minħabba li studenti tellgħu vidjos li juru imġieba ta' ibbuljar, ġlied fl-iskejjel, imġieba razzista, u kontenut ieħor inapproprjat.

Teknoloġija

Kwalità tal-vidjos

Oriġinarjament, il-YouTube kien juri l-vidjos tiegħu taħt format wieħed, però illum dawn jinsabu disponibbli taħt tliet formati prinċipali, kif ukoll format ieħor għall-mowbajls. Il-format oriġinali, magħruf bħala "kwalità standard", juri vidjos fir-riżoluzzjoni ta' 320x240 pixels bl-użu ta' codec Sorenson Spark. Il-format tal-"kwalità għolja" għall-vidjos, introdott f'Marzu tal-2008, juri l-vidjos f'riżoluzzjoni ta' 864x480 pixels. Dan il-format joffri titjib sinjifikanti fuq il-kwalità standard. F'Novembru tal-2008, ġie miżjud sapport għall-vidjos b'definizzjoni għolja, waqt li fl-istess żmien il-plejer tal-YouTube tbiddel minn rapport 4:3 għal wieħed ta' skrin kbir ta' 16:9.

Vidjos 3D

Fil-21 ta' Lulju 2009, l-inġinier tas-softwer tal-YouTube Peter Bradshaw ħabbar li l-utenti tal-YouTube jistgħu jibdew itellgħu vidjos 3D. Wara li jittella' l-vidjo 3D u jiġi pproċessat, l-utenti għandhom diversi għażliet minn fejn jagħżlu fuq kif se jintwera l-vidjo. Għal dawk l-utenti mingħajr nuċċalijiet 3D dawn għandhom numru ta' opzjonijiet diversi kif jaraw il-vidjo.

Lokalizzazzjoni

Nhar id-19 ta' Ġunju, 2007, is-CEO tal-Google Eric E. Schmidt kien f'Pariġi biex iniedi s-sistema ġdida ta' lokalizzazzjoni. L-interfaċċa sħiħa tal-websajt hi issa disponibbli f'verżjonijiet lokalizzati fi 22 pajjiż:

Pajjiż URL Lingwa Data tat-tnedija
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Awstralja au.youtube.com Ingliż (Awstralja) 22 ta' Ottubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Brażil br.youtube.com Portugiż (Brażil) 22 ta' Ottubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Kanada ca.youtube.com Ingliż (Kanada) u Franċiż (Kanada) 6 ta' Novembru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Repubblika Ċeka cz.youtube.com Ċek 9 ta' Ottubru 2008
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Franza fr.youtube.com Franċiż 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Ġermanja de.youtube.com Ġermaniż 8 ta' Novembru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Ħong Kong hk.youtube.com Ċiniż (Tradizzjonali) 17 ta' Ottbubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Iżrael il.youtube.com English 16 ta' Settembru 2008
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Indja in.youtube.com Ingliż (Indja) 7 ta' Mejju 2008
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Irlanda ie.youtube.com Ingliż (Irlanda) 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Italja it.youtube.com Taljan 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Ġappun jp.youtube.com Ġappuniż 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Korea t'Isfel kr.youtube.com Korean 23 ta' Jannar 2008
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Messiku mx.youtube.com Spanjol (Messiku) 10 ta' Ottubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Netherlands nl.youtube.com Olandiż 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  New Zealand nz.youtube.com Ingliż (New Zealand) 22 ta' Ottubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Polonja pl.youtube.com Pollakk 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Russja ru.youtube.com Russu 13 ta' Novembru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Spanja es.youtube.com Spanjol 19 ta' Ġunju 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Żvezja se.youtube.com Żvediż 22 ta' Ottubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Repubblika taċ-Ċina (Tajwan) tw.youtube.com Ċiniż (Tradizzjonali) 18 ta' Ottubru 2007
Youtube: Storja, Impatt soċjali, Kritika  Renju Unit uk.youtube.com Ingliż (Renju Unit) 19 ta' Ġunju 2007

Referenzi

  • ^ BBC News (ed.). "Viacom will sue YouTube for $1bn" (bl-Ingliż).
  • ^ Daily Telegraph (ed.). "Premier League to take action against YouTube" (bl-Ingliż).
  • ^ BBC News (ed.). "YouTube law fight 'threatens net'" (bl-Ingliż).
  • ^ YouTube (ed.). "What is YouTube's Video Identification tool?" (bl-Ingliż).
  • ^ Reuters (ed.). "YouTube criticized in Germany over anti-Semitic Nazi videos" (bl-Ingliż).
  • ^ icLiverpool (ed.). "Fury as YouTube carries sick Hillsboro video insult" (bl-Ingliż).
  • ^
  • ^ Doğan News Agency. Hürriyet (ed.). "Ban on YouTube proves virtual" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-05. Miġbur 2009-08-08.
  • ^ "Censorship fears rise as Iran blocks access to top websites" (bl-Ingliż). 04-12-2006.
  • ^ American Free Press, ed. (13-07-2009). "Mobile phones, Facebook, YouTube cut in Iran" (bl-Ingliż).
  • ^ BBC (ed.). "Pakistan blocks YouTube website" (bl-Ingliż).
  • ^ Colley, Andrew (06-03-2007). "States still hold out on YouTube" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-23. Miġbur 2009-08-08.
  • ^ YouTube, ed. (25-11-2008). "Bigger Isn't Always Better... But in This Case, We Believe It Is" (bl-Ingliż).
  • ^ "YouTube in 3D?". Physorg (bl-Ingliż). 23-07-2009.
  • ^ "YouTube 3D Videos". Techie Buzz (bl-Ingliż). 2009-07-20.
  • ^ "YouTube adds a dimension, 3D goggles not included". thinkdigit (bl-Ingliż). 21-072009.
  • Ħoloq esterni

    Tags:

    Youtube StorjaYoutube Impatt soċjaliYoutube KritikaYoutube ImblukkarYoutube TeknoloġijaYoutube LokalizzazzjoniYoutube ReferenziYoutube Ħoloq esterniYoutubeSit elettroniku

    🔥 Trending searches on Wiki Malti:

    DejmaImħabbaMary Rose MalliaReliġjon LhudijaArkanġlu MikielVlorëKristjaneżmuTazza tad-Dinja tal-FutbolKirgiżistanUnjoni SovjetikaNies Maltin li mietu fl-2021Gżejjer SolomonMongoljaSan Franġisk t'AssisiAvukatJennifer LopezĦinduiżmuBelt ta' New YorkGħanaAchille MizziIsaac NewtonSistema SolariPort ta’ MarsamxettLinosaPragaLingwa KroataErbivoruInkwiżizzjoni SpanjolaLürssenLvivTajlandjaKċina MaltijaStati UnitiPajjiżi l-BaxxiPalermoRussjaKievPietro del MonteTaħditMetro KatanjaBarċellonaMaldiveOssiġenuAbout-urlBirkirkaraLingwa KatalanaLitwanjaHouse of CatalunyaAda LovelaceĦamrunAttakki ta' Novembru 2015 f'PariġiGżejjer FaroeMadridClare AzzopardiBelt tal-MessikuAustin CamilleriEwklideDivorzjuMalażjaLimaTumas DingliAlkoħoliżmuYerevanTuneżijaSlovakkjaAstronomijaItalja🡆 More