L-Oċeanja hija reġjun, ġeografiku, u wkoll ġeopolitiku magħmul minn bosta artijiet - l-iktar gżejjer, u ħafna drabni jinkludi l-Awstralja – fl-Oċean Paċifiku u l-viċinanzi.
Il-firxa eżatta tal-Oċeanja għandha varjetà ta' definizzjonijiet, b'xi interpreatzzjonijiet li jinkludu l-Awstralja, New Zealand, l-Indoneżja u Timor tal-Lvant.
L-użu primarju tat-terminu Oċeanja huwa li jiddeskrivi reġjun makroġeografiku li jinsab bejn l-Ażja u l-Ameriki, bil-kontinent Awstraljan bħala l-ikbar landmass u li jikkonsisti f'mdawar 10,000 gżira fil-Paċifiku. L-isem Oċeanja huwa wżat għax, kuntrarju għall-raggrupamenti reġjonali oħra, huwa l-oċean u l-baħar iktar milli kontinent li jgħaqqad dawn l-artijiet flimkien.
L-isem ta' dal-kontinent ġie ivvintat mill-esploratur Franċiż Dumont d'Urville fl-1831, u tradizzjonalment, l-Oċeanja kienet maqsuma fil-Mikroneżja, il-Melaneżja, il-Polineżja, u l-Awstralażja.
Il-parti l-kbira ta' l-Oċeanja hija magħmula minn nazzjonijiet-gżejjer żgħar. L-Awstralja hija l-unika pajjiż kontinentali; Timor tal-Lvant u Papua New Guinea huma l-uniċi pajjiżi b'fruntieri ma' pajjiżi oħra, f'dan il-każ mal-Indoneżja.
Il-lista li qed tiġi riprodotta hawn taħt tinkludi il-pajjiżi u t-territorji li huma kklassifikati bħala parti mill-Oċeanja mill-UNESCO.
Awstralja
New Zealand
Melaneżja
Mikroneżja
Polineżja
Notes:
This article uses material from the Wikipedia Malti article Oċeanja, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.