Isbn: Identifikatur numeriku uniku tal-kotba

In-Numru Internazzjonali Standard tal-Kotba (ISBN) huwa identifikatur kummerċjali numeriku tal-kotba li hu maħsub li jkun uniku.

Il-pubblikaturi jixtru l-ISBNs minn entità affiljata tal-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN.

Isbn: Identifikatur numeriku uniku tal-kotba
ISBN bi 13-il ċifra

ISBN jiġi assenjat lil kull edizzjoni separata u lil kull varjazzjoni (għajr stampar mill-ġdid) ta’ pubblikazzjoni. Pereżempju, edizzjoni ta’ ktieb elettroniku, ta’ ktieb b’qoxra ratba u ta’ ktieb b’qoxra iebsa tal-istess ktieb ikollha ISBN differenti għal kull format. L-ISBN ikun fih għaxar ċifri jekk ġie assenjat qabel l-2007, u tlettax-il ċifra jekk ġie assenjat fl-1 ta’ Jannar 2007 jew wara. Il-metodu tal-assenjar ta’ ISBN ivarja skont il-pajjiż u huwa speċifiku għal kull pajjiż; spiss jiddependi kemm tkun kbira l-industrija tal-pubblikazzjoni fi ħdan pajjiż.

Il-format inizjali tal-identifikazzjoni tal-ISBN ġie stabbilit fl-1967, abbażi ta’ Numerazzjoni Standard tal-Kotba (SBN) li nħolqot fl-1966. Il-format tal-ISBN b’għaxar ċifri ġie żviluppat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u ġie ppubblikat fl-1970 bħala l-istandard internazzjonali ISO 2108 (il-kodiċi SBN b’disa’ ċifri jista’ jiġi kkonvertit f’ISBN b’għaxar ċifri permezz ta’ prefissar biċ-ċifra żero “0”).

Xi kotba li jiġu ppubblikati privatament xi kultant jidhru mingħajr ISBN. L-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN xi drabi tassenja ISBNs lil dawn il-kotba fuq inizjattiva proprja.

Identifikatur ieħor, in-Numru tas-Serje Internazzjonali Standard (ISSN), jidentifika l-pubblikazzjonijiet perjodiċi bħar-rivisti u l-gazzetti. In-Numru Internazzjonali Standard tal-Mużika (ISMN) ikopri l-partituri mużikali.

Storja

In-Numerazzjoni Standard tal-Kotba (SBN) hija sistema kummerċjali li tuża disa’ ċifri numeriċi għall-identifikazzjoni tal-kotba. Inħolqot minn Gordon Foster, Professur Emeritu tal-Istatistika fit-Trinity College ta’ Dublin, l-Irlanda, għall-bejjiegħa tal-kotba, tar-rivisti u tal-gazzetti bħal pereżempju WHSmith u oħrajn fl-1965. Il-format tal-identifikazzjoni tal-ISBN inħoloq fl-1967 fir-Renju Unit minn David Whitaker (meqjus bħala l-“missier tal-ISBN”) u fl-1968 fl-Istati Uniti minn Emery Koltay (li iktar ’il quddiem sar id-direttur tal-aġenzija tal-ISBN fl-Istati Uniti, R. R. Bowker).

Il-format tal-ISBN b’għaxar ċifri ġie żviluppat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u ġie ppubblikat fl-1970 bħala l-istandard internazzjonali ISO 2108. Ir-Renju Unit baqa’ juża l-kodiċi SNB b’disa’ ċifri sal-1974. L-ISO ħatret lill-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN bħala l-awtorità tar-reġistrazzjoni għall-ISBN fid-dinja kollha u l-Istandard tal-ISBN jiġi żviluppat taħt il-kontroll tal-Kumitat Tekniku 46/is-Sottokumitat 9 tal-ISO (TC 46/SC 9). Il-faċilità online tal-ISO tirreferi biss sal-1978.

SBN jista’ jiġi kkonvertit f’ISBN bil-prefissar taċ-ċifra “0”. Pereżempju, it-tieni edizzjoni ta’ Mr. J. G. Reeder Returns, ippubblikat minn Hodder fl-1965, għandu l-"SBN 340 01381 8", fejn "340" jindika l-pubblikatur, "01381" huwa n-numru tas-serje assenjat mill-pubblikatur, u "8" huwa ċ-ċifra ta’ verifika. Bil-prefissar ta’ żero, dan jista’ jiġi kkonvertit għall-ISBN 0-340-01381-8; iċ-ċifra ta’ verifika m’hemmx għalfejn tiġi kkalkulata mill-ġdid. Xi pubblikaturi, bħal Ballantine Books, xi kultant juża SBNs bi 12-il ċifra fejn l-aħħar tliet ċifri jindikaw il-prezz tal-ktieb; pereżempju, Woodstock Handmade Houses kellu l-SBN ta’ 12-il ċifra 345-24223-8-595 (SBN validu: 345-24223-8, ISBN: 0-345-24223-8), u kien jiswa US$5.95.

Mill-1 ta’ Jannar 2007, l-ISBNs ikollhom tlettax-il ċidra, format li huwa kompatibbli man-Numri tal-Prodotti Ewropej ta’ "Bookland", li għandhom 13-il ċifra.

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

SK Victoria WanderersSan Ġwann FCUgo Mifsud BonniciĠużè AquilinaISO 3166-1Sannat Lions FCMadonna tal-KarmnuOrganizzazzjoni Dinjija tas-SaħħaNazzjonaliżmuKċina MaltijaEvanġeljuAbout-urlCommonwealth tan-NazzjonijietAngela MerkelMaħresŻurrieqSkozjaĊinaStati UnitiEmmanuel GaleaItaljaXigħaJohnny NavarroProvinċja ta' BergamoNawruAsjaQKIlary BlasiGrammatika tal-Lingua Franca NovaBenito MussoliniTrevor ŻahraNormanniStorja tal-lingwa MaltijaAwstraljaIrħula ta' MaltaDubrovnikRaġelBrażilKarl Ferdinand BraunĠużè BonniciVolodymyr ZelenskyyMikiel GonziMumbaiĠakartaSnajja MaltinNorveġjaMixja NeokatekumenaliMaltiMoskaIndoneżjaSit elettronikuMons. Charles VellaPalazz tal-Gran MastruVenezjaPesta s-sewdaBerġa ta' KastiljaProcavia🡆 More