Ruma: Belt kapitali tal-Italja

Ruma (Taljan:Roma roːma (għajnuna·info)) hija belt u komun speċjali (imsemmi Roma Capitale) fl-Italja.

Ruma
Roma (IT)
Bandiera
Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi
Lokazzjoni ta' Ruma
Pajjiż
Reġjun
Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi Italja
Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi Lazjo
Gvern
 • Commissario Prefettizio

Francesco Paolo Tronca
Erja
 • Total

1,285 km2 (496.3 mi kw)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Popolazzjoni (2014)
 • Densità
 • Comune
 • Metro

2,232/km2 (5,781/mi kw)
2,869,461
4,321,244
Kodiċi postali 00100
Sit tal-Web Comune di Roma

Ruma hija l-belt kapitali tal-Italja u tar-reġjun Lazjo. B'2.9 miljun reżident f'1,285 km2 (496.1 mi kw), hija l-aktar belt popolata tal-pajjiż u r-raba' l-aktar popolata fl-Unjoni Ewropea mill-popolazzjoni ġewwa l-konfini tal-belt. Il-Belt Metropolitana ta' Ruma għandha popolazzjoni ta' 4.3 miljun ruħ. Il-belt tinsab fil-parti ċentrali tal-punent tal-Peniżola Taljana, tul ix-xtut tax-xmara Tevere. Il-Belt tal-Vatikan hija pajjiż indipendenti ġewwa l-konfini tal-belt ta' Ruma, l-uniku eżempju eżistenti ta' pajjiż ġewwa belt: għal din ir-raġuni, Ruma tiġi spiss definita bħala l-kapitali taż-żewġ stati.

L-Istorja ta' Ruma tmur lura għal aktar minn elfejn sena. Filwaqt li l-mitoloġija Rumana tgħid li Ruma twaqqfet madwar is-sena 753 QK, il-post ilu abitat minn ħafna qabel, u għalhekk il-belt hija waħda mill-eqdem siti kontinwament okkupati fl-Ewropa. Il-Popolazzjoni bikrija tal-belt oriġinat minn taħlita ta' Latini, Etruskani u Sabini. Wara, il-belt suċċessivament saret il-kapitali tar-Renju Ruman, tar-Repubblika Rumana u tal-Imperu Ruman, u hija meqjusa bħala waħda mill-postijiet tat-twelid taċ-ċiviltà tal-Punent u minn xi nies l-ewwel metropoli li qatt kien hemm. Hija magħrufa bħala "Roma Aeterna" (Il-Belt Eterna) u "Caput Mundi" (Kapitali tad-Dinja), żewġ kunċetti ċentrali fil-kultura antika Rumana.

Wara l-waqgħa tal-Imperu tal-Punent, li mmarka l-bidu tal-Medjuevu, Ruma bdiet taqa' bilmod taħt il-kontroll politiku tal-Papat, li kien stabbilit fil-belt mill-ewwel seklu AD sas-seklu 8, meta sar il-belt kapitali tal-Istati Papali, li damu sal-1870.

Mir-Rinaxximent, kważi l-Papiet kollha ta' wara Nikola V (1422–55), għal erba' mitt sena segwew b'mod koerenti programm arkitettoniku u urbanistiku li għamlu l-belt ċentru artistiku u kulturali dinji. Minħabba dan, Ruma saret l-ewwel waħda miċ-ċentri maġġuri ewlenin tar-Rinaxximent Taljan, u wara, saret il-post tal-ħolqien tal-istil Barokk u tan-neoklassiċiżmu. Artisti famużi, pitturi, skulturi u periti, għamlu Ruma ċ-ċentru tal-attività tagħhom, waqt li ħolqu kapolavuri madwar il-belt. Fl-1871, Ruma saret il-kapitali tar-Renju tal-Italja, u fl-1946, tar-Repubblika Taljana.

Ruma għandha l-istatus ta' belt globali. Fl-2014, Ruma ġiet klassifikata l-erbatax l-aktar belt miżjura fid-dinja, it-tielet l-aktar fl-Unjoni Ewropea, u l-aktar attrazzjoni turistika popolari fl-Italja. Iċ-ċentru storiku tal-belt huwa elenkat mill-UNESCO bħala Sit ta' Wirt Dinji. Il-monumenti u l-mużewijiet bħall-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kolossew, huma fost l-aktar destinazzjonijiet li jżuruhom nies turistiċi fid-dinja, iż-żewġ postijiet jirċievu miljuni ta' turisti kull sena. Ruma ospitat l-Olimpjadi tas-sajf 1960 u s-sede tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura.

Storja

Etimoloġija

Skont il-leġġenda tar-Rumani Antiki stess ta' kif twaqqfet il-belt, l-isem "Roma" ġej mill-fundatur u l-re, Romulus.

Madankollu, jista' jkun li l-isem Romulus kien fil-fatt ġej minn Ruma stess. Kmieni fis-seklu 4, kien hemm diversi teoriji pproposti dwar l-oriġini tal-isem Roma. Ġew proposti bosta ipoteżijiet li ffukaw fuq l-għeruq lingwistiċi inċerti tal-isem.:

  • Minn Rumon jew Rumen, isem arkajku tat-Tiber, li għandu l-istess għerq bħall-verb Grieg ῥέω (rhèo) u l-verb Latin ruo, li t-tnejn iffissru "fluss";
  • Mill-kelma Etruska ruma, li l-għeruq tagħha huwa *rum- "beżżul", forsi referenza għal-lupa li adottat u reddgħet it-tewmin bl-isem jixxibah Romulus u Remus, jew referenza għall-għamla tal-Għoljiet Palatini u Aventini.
  • Mill-kelma Griega ῤώμη (rhōmē), li tfisser qawwa.

Bidu

Hemm evidenza arkeoloġika ta' okkupazzjoni umana taż-żona ta' Ruma minn madwar 14,000 sena ilu, imma s-saff dens ta' skart miż-żminijiet ta' wara, joskura is-siti Palaeolitiċi u Neolitiċi. Il-preżenza ta' għodda tal-ġebel u armi tal-fuħħar u ġebel tafferma l-preżenza umana għal madwar 10,000 sena. Diversi skavi, ikkonfermaw il-fehma li Ruma kibret minn insedjamenti pastorali fl-Għolja Palatina fejn il-quddiem kellu jkun hemm il-Forum Ruman. Filwaqt li xi arkeoloġi jsostnu li Ruma kienet tabilħaqq imwaqqfa fin-nofs tas-seklu 8 QK (id-data tradizzjonali), din id-data hija suġġett kontroversjali. Madankollu, il-qawwa tal-ħrafa li kulħadd jaf dwar il-fondazzjoni leġġendarja ta' Ruma, għandha t-tendenza li tiddifletti l-attenzjoni mill-veri oriġini tagħha li huma ħafna aktar antikiti.

Leġġenda tat-twaqqif ta' Ruma

Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Il-Lupa Kapitolina treddgħa t-trabi tewmin Romulus u Remus.

L-istejjer tradizzjonali li waslulna mir-Rumani tal-qedem stess, jispjegaw l-istorja bikrija tal-belt f'termini ta' leġġendi. L-aktar magħrufa dawn il-miti, u forsi l-aktar famuża mill-miti Rumani, hija l-istorja ta' Romulus u Remus, it-trabi tewmin li reddgħithom lupa. Huma ddeċidew li jibnu belt, iżda wara ġlieda, Romulus qatel lil ħuh u l-belt ħadet ismu. Skond l-annalisti Rumani, dan sar fil-21 ta' April 753 QK. Din il-leġġenda trid tiġi rrikonċiljata ma' tradizzjoni oħra ta' storja li suppost ġrat qabel, li fiha r-refuġjat Trojan Aeneas, ħarab mill-Italja u waqqaf ir-razza tar-Rumani permezz ta' ibnu Iulus, l-isem tad-dinastija Ġulju-Klawdja.Dan twettaq mill-poeta Ruman Virġilju fl-ewwel seklu QK.

Monarkija, repubblika, imperu

Wara l-fondazzjoni leġġendarja minn Romulus, Ruma kienet iggvernata għal perjodu ta' 244 sena minn sistema monarkika, l-ewwel minn sovrani ta' nisel Latin u Sabin, u wara minn reijiet Etruski. It-tradizzjoni issemmi seba' Reijiet: Romulus, Numa Pompilius, Tullus Hostilius, Ancus Marcius, Tarquinius Priscus, Servius Tullius u Tarquinius Superbus.

Fis-sena 509 QK, ir-Rumani keċċew l-aħħar re mill-belt u stabbilew repubblika Oligarkika. Imbagħad, Ruma bdiet perjodu kkaratterizzat b'ġlied intern bejn il-patrizji (l-aristokratiċi) u l-plebej (proprjetarji żgħar), u b'gwerer kontinwi kontra l-popolazzjonijiet tal-Italja ċentrali: l-Etruski, il-Latini, il-Volxi u l-Ekwi. Wara li saret il-ħakkiema ta' Latium, Ruma mexxiet diversi gwerrer (kontra l-Galli, Oxi-Sanniti u l-kolonja Griega ta' Taranto, alleati ma' Pirru, ir-Re tal-Epiru) li rriżultaw fil-konkwista tal-peniżola Taljana, miż-żona ċentrali sal-Magna Graecia.

Matul it-tielet u t-tieni seklu QK ġiet stabbilita l-eġemonija Rumana mal-Mediterran u l-Lvant,permezz tat-tliet gwerer Puniċi (264-146 QK), kontra l-belt ta' Kartaġni u tliet gwerrer oħra kontra l-Maċedonja (212-168 QK). Imbagħad, Ruma stabbilit l-ewwel provinċji Rumani: Sqallija, Korsika u Sardinja, Spanja Rumana, il-Maċedonja, il-Greċja (Akaja) u l-Afrika.

Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Mappa antika ta' Ruma.

Mill-bidu tas-seklu 2 QK, kien hemm kontest għall-poter bejn żewġ gruppi ta' aristokratiċi: l-ottimati, li jirrappreżentaw il-parti konservattiva tas-Senat, u l-populares, li kienu jiddependu mill-għajnuna tal-plebej (klassi baxxa urbana) biex jiksbu l-poter. Fl-istess perjodu, il-falliment tal-bdiewa ż-żgħar u l-istabbiliment ta' oqsma li jimpjegaw l-iskjavi, ipprovokaw il-migrazzjoni ta' għadd kbir ta' nies lejn il-belt. Għall-gwerra kontinwa kienet meħtieġa armata professjonali, u din kienet aktar leali lejn il-ġenerali tagħha milli lejn ir-repubblika. Minħabba dan, fit-tieni nofs tas-seklu 2 u matul l-ewwel seklu QK, kien hemm kunflitti kemm barra l-belt u internament: wara t-tentattiv fallut tar-riforma soċjali tal-populares Tiberju u Gajju Grakku, u l-gwerra kontra l-Jugurtha, kien hemm l-ewwel gwerra ċivili bejn Gajju Marju u Sulla. Wara kien hemm ir-rewwixta l-kbira tal-iskjavi taħt Spartaku u wara, l-istabbiliment tal-ewwel triumvirat b'Ċesri, Pompew u Krassu.

Il-konkwista ta' Gallja għamlet lil Ċesri qawwi u popolari immens, u dan wassal għat-tieni gwerra ċivili kontra s-Senat u Pompew. Wara r-rebħa tiegħu, Ċesri ħatar ruħu dittatur għal ħajtu. L-assassinju tiegħu wassal għat-tieni triumvirat bejn Ottovjanu (neputi u werriet ta' Ċesri), Marku Antonju u Lepidu, u għal gwerra ċivili oħra bejn Ottavjanu u Antonju. Fis-sena 27 QK, sar princeps civitatis u kiseb it-titlu ta' Augustus, b'hekk sar il-fundatur tal-prinċipat, diarkija bejn il-princeps u s-senat. Ruma ġiet stabbilita bħala imperu de facto li laħaq l-akbar espansjoni fit-tieni seklu taħt l-Imperatur Trajjanu, Ruma ġiet ikkonfermata bħala caput Mundi, (kapitali tad-dinja), espressjoni li kienet diġà ngħatat fil-perjodu Repubblikan. Matul l-ewwel żewġ sekli tiegħu, l-imperu kellu bħala mexxejja l-imperaturi tad-dinastija Ġulju-Klawdjana, id-dinastija Flavjana (Flavjanu bena l-amfiteatru bl-istess isem, magħrufa bħala l-Kolossew) u d-dinastija Antonina. Dan iż-żmien kien ikkaratterizzat ukoll bil-firxa tal-Kristjaneżmu, ippriedkat minn Ġesù Kristu fil-Ġudea fl-ewwel nofs tal-ewwel seklu (taħt Tiberju) u ppopolarizzat mill-appostli mal-imperu u lil hinn minnhu. L-epoka Antonina hija meqjusa bħala l-apoġew tal-Imperu, li territorju tiegħu kien jilħaq mill-Oċean Atlantiku għall-Ewfrate u mill-Brittanja sal-Eġittu.

Fit-tielet seklu, fit-tmiem tad-dinastija Antonina, fi żmien id-dinastija tas-Severi, il-principatus ġie sostitwit minn gvern militari, li ftit taż-żmien wara kien segwit minn perjodu destabilizzanti ta' anarkija militari magħruf bħala l-Kriżi tat-Tielet Seklu. Fl-istess żmien l-ekonomija marret lura, l-inflazzjoni żdiedet u l-għedewwa storiċi ta' Ruma, it-tribujiet Ġermaniċi fil-Punent u l-Imperu Persjan fil-Lvant, żammew pressjoni kontinwa fuq il-fruntieri.

L-Imperatur Dijoklezjanu (284) pprova jsolvi l-problemi ekonomiċi u militari billi jintroduċi d-dominat (monarkija assoluta fejn l-imperatur kien deifikat), u impona l-kontroll tal-prezzijiet u ddeċentralizza l-amministrazzjoni. L-imperatur qasam l-imperu fi tnax-il djoċesi. Hu kien jiggverna, taħt it-titolu ta' Augustus, in-nofs tal-lvant (bir-residenza tiegħu f'Nicomedia) u ħatar lil Maximian bħala Augustus tal-Punent biex jiggverna n-nofs tal-Punent, u l-belt kapitali tmexxiet lejn Mediolanum. Is-suċċessjoni kienet regolata bil-ħolqien tat-Tetrarka: fil-fatt kull Augustus, kellu jaħtar imperatur żgħir, bit-titlu ta' Ċesri, biex jiggverna parti mit-territorju Ruman f'isem Augustus u li fl-aħħar kellu jilħaq l-imperatur il-ġdid.

Wara l-abdikazzjoni ta' Diocletian u Maximian fit-305 u l-kunflitti dinastiki ħafna, din is-sistema kkollassat, u l-mexxej il-ġdid, Kostantinu, iċċentralizzata l-poter mill-ġdid u, bl-Editt ta' Milan fit-313, ta' il-libertà ta' qima għall-Insara, u b'hekk rahan ruħu li jagħti stabbiltà għar-reliġjon ġdid. Huwa bena diversi knejjes, ta' l-poter ċivili ta' Ruma lil Papa Silvestru I u fil-Lvant waqqaf il-belt kapitali l-ġdida; Kostantinopli.

Il-Kristjaneżmu sar ir-reliġjon uffiċjali tal-imperu, grazzi għall-editt maħruġ fit-380 minn Theodosius, li kien l-aħħar imperatur tal-imperu unifikat: fil-fatt, wara mewtu, it-tfal tiegħu, Arcadius u Honorius, qasmu l-imperu f'żewg partijiet; l-imperu tal-Punent u l-imperu tal-Lvant. Il-kapitali tal-Imperu Ruman tal-Punent saret Ravenna.

Ruma kienet tilfet ir-rwol ċentrali tagħha fl-amministrazzjoni tal-imperu, b'hekk ġiet imkeċċija fl-410 mill-Viżigoti, immexxija minn Alaric I, iżda wkoll ġew imsebbħa mill-kostruzzjoni tal-bini sagru mill-Papiet (bil-kollaborazzjoni tal-imperatur). Il-Belt, fqira u spopolata, sofriet sakkeġġi ġodda fl-455, minn Ġenseriku, re tal-Vandali. L-imperatur dgħajjef tal-ħames seklu ma setgħax iwwaqqaf id-dikompożizzjoni, sakemm id-depożizzjoni ta' Romulus Augustus fit-22 ta' Awwissu 476, li mmarka t-tmiem tal-Imperu Ruman tal-Punent u, għal ħafna storiċi, kien il-bidu tal-Medju Evu.

Medju Evu

Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Minjatura turi s-Sakkeġġ ta' Ruma (410)

L-Isqof ta' Ruma, imsejjaħ il-Papa, kien importanti mill-jiem bikrija tal-Kristjaneżmu minħabba l-martirju taż-żewġ appostli, Pietru u Pawlu. L-Isqfijiet ta' Ruma dehru wkoll (u għadhom jidhru bħala Kattoliċi) bħala s-suċċessuri ta' Pietru; li kien l-ewwel Isqof ta' Ruma. B'hekk il-belt saret ta' importanza akbar bħala ċ-ċentru tal-Knisja Kattolika. Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent fl-476 AD, Ruma kienet l-ewwel taħt il-kontroll ta' Odoacer u mbagħad saret parti mir-Renju Ostrogotiku qabel ma rritornat lejn il-kontroll Ruman tal-Lvant wara l-Gwerra Gotika, li qerdet il-belt. Il-popolazzjoni tal-belt naqset aktar minn miljun fil-210 AD għal 500,000 fil-273 u 35,000 wara l-Gwerra Gotika, li naqset gruppi ta' bini abitat b'intervall fost oqsma kbar ta' fdalijiet, veġetazzjonijiet, vinji u ġonna tas-swieq.

Wara l-invażjoni tal-Langobardi fl-Italja, il-belt baqgħet nominalment Biżantina, iżda fir-realtà l-Papiet segwew il-politika tal-ekwilibriju bejn il-Biżantini, il-Franki u l-Langobardi. Fis-729, ir-Re tal-Langobardi Liutprand, ta' donazzjoni lill-knisja il-belt ta' Sutri li tinsab fi tramuntana ta' Latium, b'hekk beda l-poter temporali tal-knisja. Fis-756, Pepin il-Qasir, wara li għeleb lill-Langobardi, ta' il-ġuriżdizzjoni temporali lill-Papa fuq id-Dukat Ruman u l-Esarkat ta' Ravenna, b'hekk inħolqu l-Istati Papali. Wara dan il-perjodu, it-tliet poteri pruvaw immexxu l-belt: il-papa, in-nobbli, flimkien mal-kapijiet tal-milizzji, l-imħallfin, is-Senat u l-poplu; u r-re tal-Franki, patricius u l-Imperatur. Dawn it-tliet partiti (teokratiku, repubbliku u imperjali) kienu karatteristiċi tal-ħajja Rumana matul il-Medju Evu kollu. Fil-lejl tal-Milied tas-sena 800, Charlemagne kien inkurunat f'Ruma bħala imperatur tal-Imperu Qaddis Ruman mill-Papa Leo III: f'dik l-okkażjoni, il-belt ospitat għall-ewwel darba ż-żewġ setgħat li ssaraw il-poter universali li kellu jkun kostanti għall-Medju Evu.

Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Inkurunazzjoni ta' Charlemagne fil-25 ta' Diċembru 800

Fit-846, l-Għarab Musulmani daħlu fi ħdan il-belt mingħajr suċċess, imma rnexxielhom jisirqu affarijiet mill-bażiliki ta' San Pietru u San Pawl. Wara t-tmiem tal-poter Karolingjan, Ruma waqgħet bħala priża għall-anarkija fewdali: diversi familji nobbli komplew il-ġlieda kontra l-Papa u l-imperatur. Dawn kienu ż-żminjiet ta' Theodora u bintha Marozia, sefturi u ommijiet ta' diversi papiet, u ta' Crescentius, li kien eżempju ta' qawwa fewdali, kif ukoll iġġieled kontra l-Imperaturi Otto II u III. L-iskandli ta' dan il-perjodu, imbuttaw il-papa li jirriforma ruħhu: l-elezzjoni tal-Papa kienet riservata għall-kardinali, u riforma tal-kleru kien attentat. Il-forza ta' wara dan it-tiġdid, kien il-monk Ildebrando da Soana, li darba kien elett papa taħt l-isem ta' Gregorju VII, huwa sar involut fil-Kontroversja tal-Investitura kontra l-Imperatur Henry IV. Sussegwentement, Ruma kienet maħruqa minn Normani ta' Robert Guiscard, dan kien daħal fil-belt bl-appoġġ tal-Papa, li kien assedjat fil-Castel S. Angelo.

Matul dan il-perjodu, il-belt kienet immexxija b'mod awtonomu minn senatore jew patrizio: fis-seklu 12. Din l-amministrazzjoni, li hija normali fil-bliet Taljani, evolviet f'komun, forma ġdida ta' organizzazzjoni soċjali, espressjoni ta' klassijiet sinjuri ġodda. Il-Papa Lucius II kien diġà lest biex jiġġieled kontra l-komun Ruman, u wara, il-ġlieda tkompliet mis-suċċessur tiegħu, li kien il-Papa Eugene III: imbagħad, il-komun kien alleat man-nobbli, li kien appoġġatat minn Arnaldo da Brescia, monk li kien riformatur soċjali u reliġjuż. Wara l-mewt tal-Papa, Arnaldo ittieħed priġunier minn Adrianus IV, b'hekk immarka t-tmiem awtonomu tal-komun. Taht il-Papa Innocent III, li mmarka r-renju tal-apoġew tal-papiżmu, il-komun illikwida is-senat, u ġie sostitwit minn Senatore, dan kien suġġett għall-Papa.

F'dan il-perjodu l-papiet kellhom rwol ta' importanza sekulari fl-Ewropa tal-Punent, huma spiss kienu jaġixxu bħala arbitri bejn il-monarki Kristjani u jeżerċitaw il-poteri addizzjonali tal-politiċi.

Fl-1266 Charles t'Anjou, li kien sejjer fin-nofsinhar għall-ġlieda kontra l-Hohenstaufen f'isem il-Papa, ġie maħtur Senatur. Charles stabilixxa s-Sapienza, l-università ta' Ruma. F'dak il-perjodu, il-Papa miet, u l-kardinali, ġew ikkonvokati f'Viterbo, u ma setgħux jaqblu dwar is-suċċessur tiegħu: il-poplu tal-belt kien irrabjat dwar dan, b'hekk kisser is-saqaf tal-bini li ltaqgħu fih, u spiċċa l-ħabs sakemm kien innominat il-Papa l-ġdid: f'dan il-mument seħ il-marka tat-twelid tal-konklav. F'dan il-perjodu, il-belt kienet ukoll għebet minn ġliedit kontinwi fost il-familji nobbli: l-Annibaldi, il-Caetani, il-Colonna, l-Orsini, u l-Conti, huma kellhom il-fortizzi tagħhom mibnija fuq l-edifiċji Rumani tal-qedem, u ġġieldu kontra xulxin biex jikkontrollaw il-papa.

Il-Papa Bonifacju VIII, imwieled f'Caetani, kien l-aħħar Papa li ġġieled għad-dominju universali tal-Knisja: huwa pproklama kruċjata kontra l-Colonna, u fl-1300 hu sejjaħ għall-ewwel Jubilee tal-Kristjaneżmu, li laqqa l-miljuni ta' pellegrini f'Ruma. Madankollu, it-tamiet tiegħu kienu ddeklinati kontra r-re Franċiż Filippu, li ħadu priġunier f'Anagni, b'hekk ikkawżat il-mewt tiegħu. Wara dan, Papa ġdid għall-Franċiżi kien elett, u l-post tiegħu kien rilokat fil-qosor ġewwa Avignon (1309–1377). Matul dan il-perjodu l-belt kienet traskurata, sakemm il-poter waqa' f'idejn ir-raġel plebjan, Cola di Rienzo. Idealist u dilettant ta' Ruma tal-qedem, Cola ħolom dwar it-twelied il-ġdid tal-Imperu Ruman: wara li kiseb il-poter bit-titlu ta' Tribuno, ir-riformi tiegħu ġew miċħuda mill-poplu. Wara li kien imġiegħel li jaħrab, Cola seta' ġie lura fost il-firxa tal-kardinal Albornoz, fir-rwol responsabbli tar-restawr tal-poter tal-knisja Taljana. Hu kiseb il-poter lura għal żmien qasir u kien iġġudikat mill-poplu, u Albornoz seta' jieħu f'idejh il-pussess tal-belt, fl-1377 taħt Gregorju XI, huwa reġa sar is-sede tal-papa. Meta rritorna l-Papa f'Ruma f'dik is-sena, inħoloq ix-Xiżma tal-Punent (1377–1418), u matul l-erbgħin sena ta' wara, il-belt kienet priża tal-ġlied li għeb il-knisja.

Żmien kmieni modern

Ruma: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
It-Tempietto (San Pietro in Montorio) — eżempju eċċellenti tal-arkitettura tar-Rinaxximent Taljan

Fl-1418, il-Kunsill ta' Konstanz issetilja x-xiżma tal-punent, u l-papa Ruman, Martin V, kien elett. Dan ġab seklu ta' paċi intern lejn Ruma, li mmarka il-bidu tar-Rinaxximent. Il-Papiet tal-ewwel nofs tas-seklu 16, minn Nikola V, il-fundatur tal-Librerija Vatikana, għal Piju II, umanist u litterat, minn Sistu IV, papa gwerrier, għal Alessandru VI, immorali u nepotist, minn Ġulju II, suldat u patrun, għal Leo X, li ta' ismu għal dan il-perjodu ("is-seklu ta' Leo X"), dawn kollha ddedikaw l-enerġija tagħhom għas-sbuħija tal-Belt Eternali, għall-qawwa tal-istokk tagħhom, u għall-patroċinju tal-arti.

Matul dawn is-snin, iċ-ċentru tar-Rinaxximent Taljan mexa minn Ruma għal Firenze. Xogħlijiet majestużi, bħall-Bażilika ta' San Pietru, il-Kappella Sistina u l-Ponte Sisto (l-ewwel pont li nbena madwar it-Tiber, għalkemm fuq bażi Ruman) ġew maħluqa. Biex twettaq dan, il-Papiet kienu nvoluti fl-aqwa artisti taż-żmien, inklużi Mikelanġlu, Perugino, Raphael, Ghirlandaio, Luca Signorelli, Botticelli, u Cosimo Rosselli.

Il-perjodu kien ukoll infamuż għall-korruzzjoni papali, b'ħafna Papiet li kienu missirijiet, u f'involvimenti fin-nepotiżmu u s-simonija. Il-korruzzjoni tal-Papiet u l-ispejjeż enormi għall-proġetti tal-bini tagħhom wassal f'parti ta' Riformazzjoni u, min-naħa, il-Kontro-Riformazzjoni. Papiet bħal Alessandru VI, kien magħruf sew għad-dekadenza tiegħu, partijiet selvaġġi, vakanti żejda u l-ħajja immorali. Madankollu, taħt dawn il-papiet sinjuri u vakanti, Ruma ġiet trasformata f'ċentru ta' arti, poeżiji, mużika, letteratura, edukazzjoni u kultura. Ruma saret kapaċi biex tikkompeti ma' bliet Ewropej ewlenin taż-żmien f'termini ta' ġid, arti, tagħlim u arkitettura.

Il-perjodu tar-Rinaxximent biddel wiċċ Ruma drammatikament, b'xogħolijet bħal tal-Pietà minn Mikelanġlu u l-affreski tal-Appartament Borgia, dawn kienu magħmula matul ir-renju ta' Innocent. Ruma laħqet l-ogħla punt ta' sbuħija taħt il-Papa Ġulju II (1503–1513) u s-suċċessuri tiegħu Leo X u Klement VII, żewġ membri tal-familja Medici.

Sit ta' Wirt Dinji

Iċ-Ċentru Storiku ta' Ruma, il-Proprjetajiet tal-Vatikan f'dik il-Belt li Jgawdu Drittijiet Ekstraterritorjali u l-Knisja ta' San Paolo Fuori le Mura ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Referenzi

12°30′E / 41.9°N 12.5°E / 41.9; 12.5

Tags:

Ruma StorjaRuma Sit ta Wirt DinjiRuma ReferenziRumaBelt tal-VatikanGħajnuna:MedjaIt-Roma.oggItaljaLazjoLingwa taljanaStampa:It-Roma.ogg

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

BudapestSanta MarijaPakistanEtnaJ.K. RowlingMiguel de CervantesBrażilEwropa ĊentraliL-isparar fid-diskoteka Pulse f'OrlandoWilliam ShakespeareSit ta' Wirt DinjiKolombjaĦelsinkiSarah BonniciIndoewropewMoldovaLürssenFilflaRużar BriffaPajjiżi l-BaxxiFacebookPolonjaWikiħbarijietMary MeilakGħanaIndoneżjaDun Ġorġ PrecaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Wied ta' LoireDejmaMåneskinĦal GħaxaqAlġebraCantilenaPremju Nobel għall-PaċiForzi Armati RussiĠudaiżmuKċina MarokkinaL-Innu MaltiUranu (pjaneta)Madre Tereża ta' KalkuttaWikisorsHugo ChetcutiStorja tal-MarokkMongoljaMata HariGrammatika MaltijaVlorëOrdni ta' San ĠwannGeorge AbelaMarsiljaWikidataĠordanĦamrunLiċenzja Creative CommonsDun Karm PsailaAleppoWinston ChurchillLvivMUŻA🡆 More