Pjaneta Marte

Dan l-artiklu huwa dwar il-pjaneta Marte.

Għall-figura storika Rumana mur Marte (mitoloġija). Għal tifsiriet oħrajn mur Marte.

Pjaneta Marte
Meta jkun viżibbli bil-lejl, Marte, għandu lewn ħamrani u minħabba f'hekk huwa magħruf ukoll bħala l-Pjaneta l-Aħmar.

Marte (♂) jinstab iżjed 'l bogħod mix-Xemx milli hija l-Art tagħna, u huwa biss nofs id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-Qamar. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-pjaneti terrestri l-oħrajn. Marte għandha kamp manjetiku dgħajjef, iżda xi riċerki juru li xi darba dan il-pjaneta kellu wieħeda qawwi mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxeqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-Art. Marte jorbita madwar ix-Xemx bħall-Art u jesperjenza staġuni simili wkoll bħalha, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana.

Struttura u kompożizzjoni

Marte għandu il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali.

L-atmosfera hi rqiqa u komposta primarjament minn diossidu tal-karbonju. Il-pressa atmosferika hija biss 1% ta' dik tal-Art; jista' jkun li fl-imgħoddi kienet ikbar iżda l-gravità dgħajfa ta' Marte tfisser li diffiċli għalih li jżomm atmosfera densa.

Billi l-atmosfera mhix wiesgħa biżżejjed ma tista' żżomm l-ebda tip ta' effett serra li żżomm il-pjaneta sħun, għalhekk it-temperatura matul il-jum rarament titla' iżjed minn 273K (0º C/32º F) u bil-lejl tinżel bil-wisq inqas!

Għamlet Wiċċ Marte

Kien xi darba emnut li fuq dan il-korp ċelesti kien hemm xi tip ta' ħajja intelliġenti--ħlejqiet li jissieltu kontra it-tmiem tal-pjaneta tagħhom billi jibnu digi u kanali tal-ilma biex jipprovduh fejn kien nieqes u jsaqqu l-artijiet nixfa. Marte huwa niexef imma l-ebda evidenza ta' ħajja ma' nstabet-- il-kanali kienu biss illużjonijiet tas-sistemi foqra li kienu jintużaw għall-osservazzjoni.

Wiċċ Marte jista' jiġi mqassam fi tnejn--bħall-pjaneti l-oħra għandha l-għoljiet u x-xagħajriet, ta' l-ewwel jinsabu fil-biċċa l-kbira fl-emisfera tan-nofsinhar u għandhom ħafna krateri. Ix-xagħajriet huma inqas imħaffra u għandhom inqas żmien mill-għoljiet.

Pjaneta Marte 
Olympus Mons huwa l-ikbar vulkan fis-Sistema Solari, jogħla għal tliet darbiet itwal mill-Everest u mill-wisgħa jestendi daqs l-istat ta' l-Arizona tal-Istati Uniti.

Il-krateri ta' Marte huma bil-wisq differenti minn dawk tal-Qamar, il-materjal misjub ħdejhom jissuġġerixxi li xi darba kien hemm ilma jew silġ fuq wiċċ il-pjaneta; għamliet oħra bħal widien li jixbħu xmajjar imnixxfa, ukoll iħassbu fi preżenza imgħoddija ta' ilma ġieri fuq Marte. Fl-1998 Mars Global Surveyor interċetta livelli għoljin ta' amatite, minerali li normalment jiġi prodott minn ilma, li fih ammont sostanzjali ta' ħadid, msaħħan minn attività vulkanika!

Fuq Marte jinsab l-ikbar vulkan tas-Sistema Solari, l-Olympus Mons, li jogħola sa' 27 km (17-il mil)--iktar minn tliet darbiet daqs l-Everest.

Il-Pjaneta l-aħmar

Marte huwa tassew aħmar, il-lewn huwa ikkawżat mill-ossidu tal-ħadid, simili tas-sadid, li jgħatti l-parti l-kbira tal-pjaneta. Ħafna drabi tempesti tar-riħ jaħkmu wiċċ il-pjaneta kollu. Wisq probabbli dawn it-tempesti huma ikkaġunati mit-tibdil fl-atmosfera fuq l-istrati tas-silġ polari u dik ta' fuq il-blat: li huwa iktar sħun. Partiċelli tat-trab fl-arja jikkawżaw dik l-għamla ħamranija fl-atmosfera tal-pjaneta.

Esplorazzjoni ta' Marte

L-ewwel missjoni lejn dal-pjaneta saret fis-sena 1965 u kien jisimha Mariner 4, segwew il-Mariner 6 u 7 li daru ma' Marte iżda ma daħlux fl-orbita waqt li fl-1971 Mariner 9 daħlet fl-orbita. Vikings 1 u 2 laħqu 'l Marte fl-1976; it-tnejn kellhom orbiter u lander, u wasslulna informazzjoni għal aktar minn erba' snin. L-orbiters ġibdu ritratti tal-wiċċ kollu b'riżoluzzjonijiet ta' ftit mijiet ta' metri. Fl-1989, Phobos2 ħa fotografija tal-qamar ta' Marte, li appuntu jġieb l-isem ta' Phobos, iżda minħabba ħsarat fis-sistema kompjuterizzata il-kommunikazzjonijiet intilfu. Missjonijiet oħra mingħajr suċċess segwew, waħda minnhom kienet il-Pathfinder mission, li niżżlet lander fuq is-superfiċi fir-reġjun Chryse Planitia fl-4 ta' Lulju 1997. Fl-istess sena, Mars Global Surveyor beda' l-istudju tal-ġeoloġija u l-mineraloġija tal-wiċċ u skopra l-kamp manjetiku dgħajjef ta' Marte.

Il-Qmura ta' Marte

Marte għandha żewġ qmura: Phobos li tfisser biżgħa u Deimos li tfisser paniku. It-tnejn li huma ċkejkna, b'forma irregolari , u t-tnejn li huma ġew skoperti fl-1877 minn Asaph Hall ġewwa l-osservatorju Navali fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Pjaneta Marte 
Phobos huwa l-eqreb qamar tal-pjaneta l-aħmar

Huwa emmnut li kemm Phobos u kemm Deimos huma asterojdi li ġew miġbuda fl-orbita ta' Marte. Phobos għandu krater kbir, Stickney, li huwa madwar 10 km (6 mili) għat-tul, dan il-qamar idur ma' Marte fi tmien siegħat u x'aktarx se jaqa' fuq il-pjaneta f'inqas minn 100,000,000 sena.

Pjaneta Marte 
Deimos huwa iktar 'l barra minn Phobos fl-orbita madwar Marte.


Deimos huwa ħafna iżgħar minn Phobos u jorbita madwar Marte minn aktar bogħod. Għandu inqas tħaffir u ħafna minnhom jidru li ġew parzjalment mimlija b'sediment.

Tags:

Pjaneta Marte Struttura u kompożizzjoniPjaneta Marte Il-Qmura ta MartePjaneta MarteMarte

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Lino SpiteriMellieħaPremier League MaltiAlbrecht DürerGeorge WashingtonDun Mikiel XerriBażelPartit Laburista (Malta)UEFAValletta FCRussjaOntarioKaja KallasEsperantoLingwistikaChe GuevaraAnġlu FarrugiaTaħt Tliet SaltnietMikiel Anton VassalliMużikaRaħal ĠdidWikotbaPapa Ġwanni XXIIILingwa KatalanaStorjaZagoriLouis PasteurGalileo GalileiGrawnd Nazzjonali ta' BejġingSöyembikäEspooWiki CommonsArnold CassolaĦal GħaxaqPhilippe Villiers de L'Isle-AdamKapparGżira (lokalità)BloggSlaten MaġiSenegalLetteratura MaltijaVIAFL-ImsidaFrarAfrikaNicolò IsouardBobby CharltonEġittuIngilterraDanimarkaMariupolEljuAtti tal-AppostliStade du Pays de CharleroiDamaskuBaħamasKjoto🡆 More