L-Amerika Ta' Fuq: Kontinent fil-kwadrant Majjistral tad-Dinja

L-Amerika ta' Fuq (jew l-Amerka ta' Fuq) hija kontinent li jinsab kollu kemm hu fl-Emisferu tat-Tramuntana u kważi kollu fl-Emisferu tal-Punent.

Tista' tiġi deskritta wkoll bħala s-sottokontinent ta' fuq miż-żewġ Amerki. Ma għandhiex tiġi konfuża mat-Tramuntana tal-Amerka li tirreferi għall-Istati Uniti u mhux għall-kontinent. Fit-Tramuntana tal-Amerka ta' Fuq hemm l-Oċean Artiku, fil-Lvant hemm l-Oċean Atlantiku, fil-Lbiċ hemm l-Amerka t'Isfel u l-Baħar Karibew, u fil-Punent u fin-Nofsinhar hemm l-Oċean Paċifiku. Madankollu, Greenland, peress li tinsab fuq il-Plakka Tettonika tal-Amerka ta' Fuq, spiss tiġi inkluża bħala parti mill-Amerka ta' Fuq ġeografikament.

L-Amerika ta' Fuq
L-Amerika Ta' Fuq: Kontinent fil-kwadrant Majjistral tad-Dinja
Erja 24,709,000 km2
Popolazzjoni 579,024,000
Densità tal-popolazzjoni 22.9/km2
PGD (nominal) $24.88 triljun
PGD (PPP) $26.55 triljun
PGD per capita $49,430
Demonimu abitant tal-Amerika ta’ Fuq
Pajjiżi 23 stat sovran
Dipendenzi 23 territorju mhux sovran
Lingwi Ingliż, Spanjol, Franċiż, u bosta oħrajn
Żoni tal-ħin UTC-10 sa UTC
L-ikbar bliet

Lista taż-żoni urbani:

  • il-Belt ta’ New York
  • il-Belt tal-Messiku
  • Los Angeles
  • Chicago
  • Boston
  • Toronto
  • Dallas–Fort Worth
  • iż-Żona tax-Xatt ta’ San Francisco
  • Houston
  • Miami
  • Philadelphia
Kodiċi NU M49

003 – l-Amerika ta’ Fuq

019 – l-Amerki
001 – id-Dinja


L-Amerika Ta' Fuq: Kontinent fil-kwadrant Majjistral tad-Dinja
Mappa tal-Amerka ta' Fuq bil-karatteristiċi fiżiċi, politiċi u tal-popolazzjoni fl-2018

L-Amerka ta' Fuq tkopri madwar 24,709,000 kilometru kwadrat ta' art, madwar 16.5 % tal-art tad-Dinja u madwar 4.8 % tas-superfiċe totali tagħha. L-Amerka ta' Fuq hija t-tielet l-ikbar kontinent bħala art, wara l-Asja u l-Afrika, u r-raba' bħala popolazzjoni, wara l-Asja, l-Afrika u l-Ewropa. Fl-2013, ġie stmat li l-popolazzjoni tagħha kienet kważi 579 miljun persuna fi 23 stat indipendenti, jew madwar 7.5 % tal-popolazzjoni dinjija, jekk jiġi inklużi l-gżejjer viċini (l-iktar dawk ta' madwar il-Karibew).

L-ewwel popolazzjonijiet umani laħqu l-Amerka ta' Fuq matul l-aħħar perjodu glaċjali, billi qasmu l-art definita attwalment bħala Berinġja madwar 40,000 sa 17,000 sena ilu. L-hekk imsejjaħ perjodu Paleo-Indjan jitqies li dam sa madwar 10,000 sena ilu (il-bidu tal-perjodu Arkajku jew Meso-Indjan). L-istadju klassiku kien bejn wieħed u ieħor mis-sekli 6 sa 13. L-era pre-Kolombjana ntemmet fl-1492, bil-bidu tal-migrazzjonijiet Transatlantiċi ta' insedjaturi Ewropej matul Żmien l-Iskoperti u l-perjodu modern bikri. Madankollu, l-ewwel referenzi Ewropej li qatt ġew irreġistrati rigward l-Amerka ta' Fuq (għajr Greenland) kienu dawk tas-sagi tal-Iskandinavja Antika fl-1000 W.K. bl-isem ta' Vinland. Ix-xejriet kulturali u etniċi attwali jirriflettu l-interazzjonijiet bejn il-kolonjalisti Ewropej, il-popli indiġeni, l-ilsiera Afrikani, l-immigranti u d-dixxendenti ta' dawk il-gruppi.

Minħabba l-kolonjalizzazzjoni Ewropea tal-Amerki, il-biċċa l-kbira tal-abitanti tal-Amerka ta' Fuq jitkellmu lingwi Ewropej bħall-Ingliż, l-Ispanjol jew il-Franċiż, u l-kulturi tagħhom is-soltu jirriflettu t-tradizzjonijiet tal-Punent.

Etimoloġija

L-Amerika Ta' Fuq: Kontinent fil-kwadrant Majjistral tad-Dinja 
Mappa tal-Amerka ta' Fuq tal-1621

Huwa aċċettat komunement li isem l-Amerki ngħata mill-kartografi Ġermaniżi Martin Waldseemüller u Matthias Ringmann biex jagħtu ġieħ lill-esploratur Taljan Amerigo Vespucci. Vespucci esplora l-Amerka t'Isfel bejn l-1497 u l-1502, u kien l-ewwel Ewropew li ssuġġerixxa li l-Amerki ma kinux l-Indji tal-Lvant, iżda massa ta' art differenti li qabel ma kinitx magħrufa fost l-Ewropej. Fl-1507, Waldseemüller ipproduċa mappa tad-dinja, li fiha poġġa l-kelma "Amerka" fuq il-kontinent tal-Amerka t'Isfel, fin-nofs tal-art li llum tagħmel parti mill-Brażil. Huwa spjega r-raġunament dwar l-isem fil-ktieb Cosmographiae Introductio: "ab Americo inventore ... quasi Americi terram sive Americam" (mill-iskopritur Americus ... bħallikieku kienet l-art ta' Americus, u għaldaqstant Amerka).

Skont Waldseemüller, ħadd ma għandu joġġezzjona li din l-art tissemma wara min skopriha. Huwa uża l-verżjoni Latina ta' isem Vespucci (Americus Vespucius), iżda bil-ġens femminil America, bħalma kien il-każ għal Europa, Asia u Africa. Iktar 'il quddiem, produtturi tal-mapep oħrajn estendew l-isem America għall-kontinent ta' fuq l-Amerka t'Isfel. Fl-1538, Gerard Mercator uża America fuq il-mappa tad-dinja tiegħu għall-Emisferu tal-Punent kollu.

Uħud argumentaw li peress li s-soltu kien jintuża l-kunjom għal isem l-iskoperti (għajr fil-każ ta' xi ħadd irjali), jaf ifeġġu dubji dwar kemm l-Amerki ġejjin minn isem Amerigo Vespucci. Fil-fatt, fl-1874, Thomas Belt ippropona li l-isem ġej minn isem il-muntanji Amerrique tal-Amerka Ċentrali; is-sena ta' wara, Jules Marcou ssuġġerixxa li l-isem ta' dawk il-muntanji ġej minn lingwi indiġeni Amerikani. Marcou kkorrisponda ma' Augustus Le Plongeon, li kiteb li l-isem America jew Amerrique fil-lingwa tal-Maya tfisser pajjiż b'riħ qawwi perpetwu jew l-art tar-riħ, u tista' tfisser spirtu li jieħu n-nifs, jiġifieri l-ħajja nnifisha.

Mercator, fuq il-mappa tiegħu sejjaħ l-Amerka ta' Fuq bħala l-Amerka jew l-Indja l-Ġdida (America sive India Nova).

Referenzi

Tags:

L-Amerika t'IsfelStati Uniti

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

TaħditGreċja1 ta' JannarSana'aĦadidJum ir-Repubblika (Malta)PolitikaL-Ewwel Gwerra DinjijaBarċellonaMartin Luther King Jr.RumanijaUgandaAprilVittoriosa Stars FCSpirtu s-SantuSpeċiĦavanaWikikwotaStat kostruttQamarFondazzjoni WikimediaMadridEdgar de WahlPolonjaInjamBotswanaBitcoinSan Pawl il-BaħarNazzjonaliżmuOpossum ta' spallejh suwedPremier League MaltiMuhammad al-IdrisiIl-MandraġġPoetaŻfinCuraçaoTebe (Eġittu)MediaWikiMadonna tal-KarmnuKrak des ChevaliersAtomuManwel DimechGambjaKorea t'IsfelSalvador DalíFilosofijaStorjaAkkademja tal-MaltiLetteratura MaltijaReliġjon f'MaltaKirkop United FCVenezjaArkitettMont-Saint-MichelRabat (Għawdex)LesotoDun Karm PsailaJantar Mantar, JaipurĦal TarxienAIDSFolklorDun Ġorġ PrecaVIAF🡆 More