Awwissu

Awwissu huwa t-tmien xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u huwa wieħed mis-seba' xhur Gregorjani li fihom 31 jum.

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru

Awwissu jibda, astroloġikament, bix-xemx fis-simbolu tal-Iljun u jispiċċa fis-simbolu tal-Verġni. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostellazzjoni tal-Qabru u tispiċċa fil-kostellazzjoni tal-Iljun.

Awwissu
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
28 29 30 31 1 2 3
4 5 6 7 8 9 10
11 12 13 14 15 16 17
18 19 20 21 22 23 24
25 26 27 28 29 30 31
    Għal użi oħra, ara Awwissu (diżambigwazzjoni)

Dan ix-xahar kien oriġinarjament imsejjaħ Sextilis bil-Latin, minħabba li dan kien is-sitt xahar fil-kalendarju antik Ruman, li kien jibda f'Marzu madwar is-sena 750 QK taħt Romulus. Dan sar it-tmien xahar, jew minħabba li Jannar u Frar ġew miżjuda fil-bidu tas-sena mir-Re Numa Pompilius madwar is-sena 700 QK, jew meta dawn iż-żewġ xhur tmexxew mill-aħħar għall-bidu tas-sena mid-decemviri madwar is-sena 450 QK. Dan kien imsemmi għal Awgustu fis-sena 8 QK billi bosta ġrajjiet importanti li għenuh biex jikseb il-poter, li laħqu l-quċċata fir-rebħa ta' Lixandra, ġraw f'dan ix-xahar. Awwissu oriġinarjament kellu 29 ġurnata fil-kalendarju tar-Repubblika Rumana. Awgustu ħa jumejn minn Frar u tahom lil Awwissu meta x-xahar Sextilis ġie msemmi għalih.

Awwissu
Awwissu, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Fi snin komuni, l-ebda xahar ieħor ma jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Awwissu. Madanakollu, fi snin biżestili, Frar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa

Avvenimenti f'Awwissu

  • Jum Nazzjonali Amerikan-Salvadorjan fl-Istati Uniti – 6 ta' Awwissu
  • Fl-1945 spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija wara l-bumbardamenti fuq Hiroshima fis-6 ta' Awwissu u fuq Nagasaki fid-9 ta' Awwissu, meta dakinhar intużat għall-ewwel darba l-bomba nukleari fuq in-nies. L-Imperatur Shōwa ħabbar l-irtirar tal-Ġappun fil-15 ta' Awwissu.
  • Fid-9 ta' Awwissu 1329, Kollam kienet eletta l-ewwel djoċesi Indjana mill-Papa Ġwanni XXII.
  • Fid-9 ta' Awwissu 1965, Singapor isseparaw mill-Federazzjoni tal-Malażja u saru indipendenti.
  • Fl-10 ta' Awwissu 1822, l-Ekwador sar pajjiż indipendenti
  • Fl-14 ta' Awwissu 1947, il-Pakistan sar indipendenti.
  • Tifkira fil-Knisja Kattolika tal-Assunzjoni tal-Madonna – 15 ta' Awwissu
  • Fil-15 ta' Awwissu 1769, f'Korsika twieled Napuljun I ta' Franza.
  • Fil-15 ta' Awwissu 1945, il-Korea saret pajjiż indipendenti.
  • Fil-15 ta' Awwissu 1947, l-Indja saret pajjiż indipendenti.
  • Fis-17 ta' Awwissu 1945, l-Indoneżja saret pajjiż indipendenti.
  • Fid-19 ta' Awwissu 1945, ir-Rivoluzzjoni ta' Awwissu tal-Vjetnam kienet suċċess.
  • Fl-20 ta' Awwissu 1083, San Stiefnu tal-Ungerija kien kanonizzat, biex b'hekk sar l-ewwel mir-rejiet konfessjonarji kanonizzati.
  • Fil-21 ta' Awwissu 1959, il-Ħawaj sar il-50 stat tal-Istati Uniti tal-Amerika.
  • Fil-25 ta' Awwissu 1825, l-Urugwaj sar indipendenti mill-Brażil.
  • Fil-31 ta' Awwissu 1957, il-Malażja saret pajjiż indipendenti.
  • F'diversi pajjiżi Ewropej, Awwissu hu btala għal diversi ħaddiema
  • Il-Filippini jiċċelebraw lil Awwissu bħala Buwan ng Wika ("ix-Xahar tal-Lingwa")

Ħoloq oħra

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Tazza tad-Dinja tal-FutbolMadre Tereża ta' KalkuttaSportGrammaBrażilMicrosoftDun Mikiel XerriL-Ewwel Gwerra DinjijaKosta tal-Avorju2007MużewKalifat AlmohadŻejtunPolitikaWiki CommonsGrammatika MaltijaTaħditLürssenKorea ta' FuqReliġjon LhudijaDifensurTanżanijaIżraelSit ta' Wirt DinjiOrdni ta' San ĠwannLvivNamibjaKoranKunya-UrgenchMejjuAsjaAtomuGineaĠorġ PisaniIl-Madonna tal-GħarAlbert EinsteinKunsilli lokali ta' MaltaReliġjon f'MaltaUgandaKanadaKroazjaGżejjer MarshallSan ĠużeppBurkina FasoGżejjer CookBotswanaAfrika t'IsfelGħalliemPopolazzjoniTizjanuAda LovelaceMarie AntoinetteOpossum ta' spallejh suwedTebe (Eġittu)AigaiStat kostruttRaħal ĠdidFondazzjoni WikimediaItaljaInjamIstanbulKopenħagenSienaBożnija u ĦerżegovinaIraq🡆 More