Franza: Pajjiż fl-Ewropa tal-Punent

Franza (Franċiż: France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent.

Il-belt kapitali tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma f'18 régions li huma suddiviżi f' départements.

Repubblika Franċiża
Repubblika Franċiża – Bandiera Repubblika Franċiża – Emblema
Mottu: Liberté, Égalité, Fraternité
“Libertà, Ugwaljanza, Fraternità”
Innu nazzjonali: La Marseillaise
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Pożizzjoni ta' Franza (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Pariġi
48°52′N 2°19.59′E / 48.867°N 2.3265°E / 48.867; 2.3265

Lingwi uffiċjali Franċiż
Gruppi etniċi  Franċiżi
Gvern Repubblika semipresidenzjali
 -  President Emmanuel Macron
 -  Prim Ministru Élisabeth Borne
Leġislatura Parlament
Formazzjoni
 -  L-Ewwel Repubblika Franċiża 1792 
 -  Kostituzzjoni attwali 1958 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 1957
Erja
 -  Total 674,843 km2 (40)
260,558 mil kwadru 
 -  Densità 115/km2 (89)
297/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2008
 -  Total $2.086 triljun 
 -  Per capita $33,334 (18)
PGD (nominali) stima tal-2009
 -  Total $2.499 triljun 
 -  Per capita $39,922 (16)
Gini (2002) 26.7 
IŻU (2008) 0.956 (għoli) (11)
Valuta Ewro, CFP Franc (EUR, XPF)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +33
TLD tal-internet .fr
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Ara l-għalqa tal-lavanda lejn Mont Ventoux, Provenza/Provença
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Prefecture, Upper Garonne (31; bil-Franċiż Haute-Garonne, bl-Oċċitan Nauta Garonne) huwa dipartiment Franċiż li jinsab fin-nofsinhar tal-pajjiż, li jappartjeni għar-reġjun tal-Oċċitanja. Jismu Haut-Garonnais (bil-Franċiż huwa Haut-Garonnais).
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Kastell ta' Lacave (Lacave-Chateau), Quercy (Oċċitan: Carcin) huwa reġjun naturali u ex provinċja ta 'Franza. Matul ir-Reġim l-Antik kienet tinkludi d-djoċesi ta' Cahors, li kienet estiża minn Souillac sa Montauban, li tgħaddi minn Figeac.
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Il-Pont du Gard huwa akkwadott li jinsab fin-nofsinhar ta' Franza mibni mill-Imperu Ruman. Hija tinsab ħdejn ir-raħal ta' Remoulins, fid-dipartiment tal-Gard. Il-pont inbena matul l-1 seklu wara Kristu. C. u kien parti mill-akwedott ta' Nîmes, pajp idrawliku twil 50 kilometru misjuq bil-gravità li jġorr l-ilma minn nixxiegħa f'Uzès sal-kolonja Rumana ta' Nemausus (Nimes).
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Iċ-ċirku ta' Gavarnie, li jinsab fid-dipartiment ta' Hautes-Pyrénées, huwa Sit ta' Wirt Dinji li huwa parti mill-firxa tal-muntanji tal-Pyrenean.
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Korsa ta' fuq tal-Garonne hekk kif tidħol fit-territorju Franċiż qrib il-komun ta' Fos.
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Geu (Hautes-Pyrénées, Franza) - Veduta tar-raħal u l-pic of Pibeste.

Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena. Franza hi membru fundatur tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-Ġnus Magħquda, u membru tal-G7 u tan-NATO. Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Għandha Armi Nukleari, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.

Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l Pariġi, Nizza, Nancy, Marsilja, Bordeaux, Lille, Lyon, Toulouse, Strasburgu, Rennes u Nantes.

Ġeografija u Klima

Franza qiegħda fl-Ewropa tal-Punent. Għandha fruntieri mal-Belġju, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, u l- Iżvizzera, l-Italja, Monako, Andorra, u Spanja. Għandha żewġ katini ta' muntanji qrib il-fruntieri tagħha: l-Alpi fil-Lvant u l-Pirenej fil-nofsinhar. Fit-tramuntana u l-punent ta' Franza hemm għoljiet baxxi u widien tax-xmajjar.

Fi Franza hemm ħafna klimi differenti. L-Atlantiku għandu effett kbir fuq it-temp fit-tramuntana u l-punent. Dan ifisser it-temperatura hi kważi istess matul is-sena. Fil-Lvant, ix-xitwa kiesħa b'temp tajjeb u s-sajf sħun bi-maltempati. Fin-nofsinhar, ix-xitwa friska b'ħafna xita u s-sajf hu sħun u xott.

Franza għandha t-tieni l-akbar Żona Ekonomika Esklussiva fid-dinja. Din tkopri 11,035,000 kilometru kwadru. L-iStati Uniti biss għandha waħda akbar.

Total tal-fruntieri ta' Franza: 3,956 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Andorra 55 km; il-Belġju 556 km; Ġermanja 418 km; Italja 476 km; Lussemburgu 69 km; Monako 6 km; Spanja 646 km; Isvizzera 525 km, Franza metropolitana - total: 2751 km: Gujana Franċiża - total: 1205 km (730 km mal-Brażil, 510 km). Hemm ukoll 16-il km bejn il-komun Franċiż barra minn xtutna ta' Saint Martin 16-il km u n-nazzjon separat tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ta' Sint Maarten.

Storja

L-isem "Franza" ġej mill-kelma bil-Latin Francia, li letteralment tfisser "Art il-Franki".

Il-fruntieri ta' Franza moderna huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dawk tal-Gallja l-antika fejn kienu joqgħodu l-Galli Ċeltiċ. Ġulju Ċesri kkonkwista l-Gallja u waqgħet taħt Ruma fl-ewwe seklu QK. Bilmod il-Galli adottataw il-lingwa tar-Rumani (il-Latin li minnu evolva l-Franċiż) u l-kultura Rumana. Il-Kristjaneżmu deher l-ewwel darba fit-tieni u tielet seklu WK u kien stabbilit fir-raba' u ħames seklu.

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Franza fl-1477. Linji ħomor: Il-limiti tar-Renju ta' Franza; Ikħal ċar: id-dominju rjali
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Carte de France dressedée pour l'usage du Roy. Delisle Guillaume (1721)

Fis-seklu 4 WK, it-tribujiet Ġermaniċi, prinċipalment il-Franki invadew il-Galli. Hekk beda l-isem Francie. L-isem modern "Franza" ġej mill-isem tar-Rejiet Kapetinġi ta' Franza madwar Pariġi. Il-Franki kienu l-ewwel tribù tal-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman kkonvertew għall-Kristjaneżmu minflok l-Arjaneżmu. Il-Franċiż kienu jsejħu lilhom infushom "ir-Renju l-iżjed Kristjan ta' Franza".

It-Trattat ta' Verdun (843), qasam l-imperu ta' Karlumanju fi tliet partijiet. L-ikbar parti kienet Francia tal-Punent. Bejn wieħed u ieħor kienet l-istess bħal Franza moderna.

Id-dinastija Karolinġa ggvernat Franza sal-987, meta Hugues Capet sar Re ta'Franza. Dixxendenti tiegħu, il-Kapetinġi diretti, id-Dar ta' Valois u d-Dar ta' Bourbon unifikaw il-pajjiż permezz ta' ħafna gwerer u wirt dinatiku. Il-monarkija kienet fl-aqwa tagħha matul il-Seklu 17 fir-renju ta' Lwiġi XIV ta' Franza. Dak iż-żmien Franza kellha l-akbar popolazzjoni fl- Ewropa. Il-pajjiż kellu influwenzata fuq il-politika, l-ekonomija, u l-kultura Ewropea. Il-Franċiż sar il-lingwa komuni tad-diplomazija fl-affarijiet Internazzjonali. Ħafna mill-Illuminiżmu ġie minn Franza. Ix-xjenzati Franċiżi għamlu skoperti xjentifiċi importanti fis-Seklu 18. Barra minn hekk Franza invadiet ħafna artijiet fl-Ameriki, l-Afrika u l-Asja.

Franza kellha monarkija sar-Rivoluzzjoni Franċiża fl-1789. Ir-Re Lwiġi XVI u martu Marie Antoinette ġew maqtulin fl-1793. Eluf ta' ċittadini Franċiżi oħra kienu wkoll maqtula. Napuljun Bonaparte ħa kontroll tar-Repubblika fl-1799. Aktar tard għamel lilu nnifsu Imperatur tal-Ewwel Imperu (1804-1814). L-armati tiegħu ikkonkwistaw il=parti l-kbira tal-Ewropa kontinentali.

Fl-1815 wara l-aħħar telfa ta' Napuljun fil-Battalja ta' Waterloo, qamet monarkija oħra. Iktar tard fl-1852, Louis-Napuljun Bonaparte ħoloq it-Tieni Imperu . Louis-Napoléon tneħħa wara t-telfa fil-Gwerra Franko-Prussjana tal-1870. It-Tielet Repubblika ħadet post ir-reġim tiegħu.

Fis-sekli 18 u 19 Franza bniet imperu kolonjali kbir . Il-imperu kien fih partijiet mill-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Il-kultura u l-politika ta' dawn ir-reġjuni kienu influwenzati minn Franza. Ħafna eks-kolonji għandhom il-Franċiż bħala lingwa uffiċjali.

Il-pajjiż ra l=ġlied kemm fl-Ewwel Gwerra Dinjija u kemm fit-tieni. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, miljuni mietu fit-trinek, aktar minn miljun minnhom fil-Battalja tas-Somme. Matul il-Tieni Gwerra Dinjija, in-Nazisti okkupaw Franza. L-Alleati niżlu l-art fin-Normandija fis-6 ta' Ġunju u nvadew in-Normandija u bdiet il-Battalja tan-Normandija. Il-forzi Ġermaniżi tilfu 'l Franza fi ftit xhur.

Diviżjonijiet administrattivi

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
It-18-il reġjun wara ir-riforma tal-2015 nklużi Korsika (Corse, fuq il-lemin t’isfel) u l-ħames reġjuni barra l-Ewropa (fuq ix-xellug t’isfel).

Mill-2016 Franza maqsuma fi 18-il reġjun amministrattiv. 13 minnhom huma fi Franza Metropolitana. Korsika għandha stat differenti mill-12 l-oħra fir-reġjun Metropolitan u msejħa collectivité territoriale. Franza għandha wkoll ħames reġjuni barra l-Ewropa. Dawn ir-reġjuni għandhom l-istess stat bħal dawk Metropolitani.

Imbagħad Franza hi maqsuma f'101 département u d-départements huma maqsuma f'335 arrondissement. L-arrondissements huma mill-ġdid maqsuma f’2,054 canton u l-cantons huma maqsuma f' commune. Fl-1 ta' Jannar 2014, skont L-Institut National de la Statistique et des Études Économiques kien hemm 36,681 communes fi Franza, 36,554 minnhom fi Franza Metropolitana u 127 minnhom barra.

Franza Metropolitana
Reġjun Départements Belt Kapitali
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Auvergne-Rhône-Alpes Ain, Allier, Ardèche, Cantal, Drôme, Isère, Loire, Haute-Loire, Puy-de-Dôme, Rhône, Savoie, Haute-Savoie Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Lyon
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Bourgogne-Franche-Comté Côte-d’Or, Doubs, Jura, Nièvre, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Yonne, Territoire de Belfort Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Dijon
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Bretagne Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Rennes
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Centre-Val de Loire Cher, Eure-et-Loir, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loiret Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Orléans
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Corse (Korsika) Corse-du-Sud, Haute-Corse Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Ajaccio
Grand Est Ardennes, Aube, Marne, Haute-Marne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Bas-Rhin, Haut-Rhin, Vosges Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Strasbourg (Strażburgu)
Hauts-de-France Aisne, Nord, Oise, Pas-de-Calais, Somme Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Lille
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Île-de-France Essonne, Hauts-de-Seine, Paris, Seine-et-Marne, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Yvelines Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Paris (Pariġi)
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Normandie [Calvados, Eure, Manche, Orne, Seine-Maritime Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Rouen
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Nouvelle-Aquitaine Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Creuse, Dordogne, Gironde, Landes, Lot-et-Garonne, Pyrénées-Atlantiques, Deux-Sèvres, Vienne, Haute-Vienne Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Bordeaux
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Occitanie Ariège, Aude, Aveyron, Gard, Haute-Garonne, Gers, Hérault, Lot, Lozère, Hautes-Pyrénées, Pyrénées-Orientales, Tarn, Tarn-et-Garonne Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Toulouse
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Pays de la Loire Loire-Atlantique, Maine-et-Loire, Mayenne, Sarthe, Vendée Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Nantes
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Provence-Alpes-Côte d’Azur Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Bouches-du-Rhône, Hautes-Alpes, Var, Vaucluse Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Marseille
Barra Franza Metropolitana
Isem Stat kostituzzjonali Belt kapitali Post
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Guyane française Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Cayenne Amerika t'Isfel
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Guadeloupe Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Basse-Terre Karibew
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Martinique Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Fort-de-France Karibew
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Mayotte Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Mamoudzou Oċean Indjan
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi Réunion Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Saint-Denis Oċean Indjan

Gvern

Franza għandha sistema ta' gvern semi-presidenzjali stabbilita mill-kostituzzjoni tal-Ħames Repubblika Franċiża. Il-Kostituzzjoni tiddikjar n-nazzjon bħala repubblika soċjali, indiviżibbli, sekulari u demokratika. tipprovdi wkoll għas-separazzjoni tal-poteri.

Il-militar

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
L-aircraft carrier nukleari Charles de Gaulle
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Il-Gwardja Repubblikana Franċiża

Il-Forzi Armati Franċiż huma maqsumin f'erba' fergħat:

  • Armée de Terre (Forza tal-Art)
  • Marine Nationale (Forza Navali)
  • Armée de l'Air (Forza tal-Ajru Force)
  • Gendarmerie Nationale (Forza militari li taġixxi bħala Pulizija Nazzjonali Rurali)

Franza għandha madwar 359.000 ruħ fil-Militar u tonfoq 2.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fid-difiża. Dan l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Franza u r-Renju Unit jonfqu 40%mill-baġit tad-difiża tal-UE. Madwar 10% tal-baġit għad-difiża ta' Franza jintefaq fuq l-Armi Nukleari.

Relazzjonijiet barranin

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Qoxra ta' passaport bijometriku Franċiż (bil-Franċiż: passeport français)

Franza hi membru tal-Ġnus Magħquda, infatti membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u għandu dritt tal-veto. Hi wkoll membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Is-sedi ċentrali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), UNESCO u Interpol qegħdin Franza.

Franza kienet waħda mill-memmbri fundaturi tal-Unjoni Ewropea. Fis-snin 1960, Franza riedet teskludu r-Renju Unit mill-organizzazzjoni. Riedet tibni l-potenza ekonomija tagħha fl-Ewropa kontinentali u ssir wieħed mill-pajjiżi l-aktar influwenti fl-UE. Mis-snin , Franza u l-Ġermanja saru ħafna eqreb fil-pulitika tagħhom. Franza illum hi membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta' Fuq (NATO). Madankollu, taħt il-President de Gaulle kienet ħalliet il-kmand militari konġunt. Fl-1990, Franza ġiet ikkritikata għal provi tal-armi nukleari taħt l-art fil-Polineżja Franċiża. Franza kienet għal kollox kontra l-invażjoni tal-Iraq tal-2003. Franza għad għandha influwenz politika u ekonomika qawwija fil-kolonji li kellha fl-Afrika. Per eżempju hija pprovdiet għajnuna ekonomika u truppi fil-missjoni għaż-żamma tal-paċi fil-Côte d’Ivoire u Ċad.

Ekonomija

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
L-ewwel Airbus A380 li tlesta, Toulouse, 2005

Franza hija membru tal-grupp G8 tal-pajjiżi industrijalizzati ewlenin. Franza għandha it-tmien l-ikbar konomija fid-dinja skont il-Prodott Gross Domestiku (PGD) (li jieħu kont kemm iqum biex tgħix fil-pajjiżi differenti u rati tal-inflazzjoni). Franza flimkien ma' 11-il-membru ieħor tal-Unjoni Ewropea nidiet l-euro fl-1 ta' Jannar 1999 u bdiet tużaha fl-2002.

L-ekonomija ta' Franza għandha kważi 2.9 miljun kumpannija reġistrata. Il-gvern għandu influwenza konsiderevoli fuq id-ditti tal-Ferrovija, l-Elettriku, l-Ajru, u t-Telekomunikazzjont (billi hu l-proprjetarju ta' kumpaniji kbar bħal SNCF (ferroviji) u EDF (elettriku)). Franza għandha industrija importanti tal-ajruspazju (disinn tal-ajruplani u vetturi spazjali) bl-industrija Airbus fir-ras. Tista' wkoll tvara razzi minn Guyane française.

Franza investiet ħafna fl-enerġija nukleari. Għalhekk Franza tipproduċi l-inqas dijossidu tal-karbonju fost is-seba' pajjiżi l-aktar industrijalizzati fid-dinja. Il-59 impjant nukleari jiġġeneraw il-parti l-kbira tal-elettriku prodott fil-pajjiż (78% fl-2006, minn 8% biss fl-1973, 24% fl-1980, u 75% fl-1990).

Franza hija l-ikbar produttur u esportatur agrikolu fl-Ewropa. Tesporta qamħ, tjur, prodotti tal-ħalib, ċanga, u majjal. Hi famuża wkoll għall-industrija tal-inbid. Franza rċeviet 10 biljun ewro fl-2006 mill-Komunità Ewropea bħala sussidji lill-bdiewa.

Kultura

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Musée du Louvre-Louvre Museum-Mużew tal-Louvre, Pariġi
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Veduta mill-ajru tal-Palazz tal-Louvre u l-Park tat-Tuileries, fl-1 ta' Jannar 2018

Lingwa

Il-Franċiż hi l-lingwa uffiċjali ta' Franza. Din appartjeni għall-grupp ta' lingwa Rumanzi li jinkludi t-Taljan u l-Ispanjol u oħrajn. Imbagħad hemm ukoll ħafna djaletti reġjonali. L-Alsazjan, djalett Ġermaniż jitkellmuh f'Alsace u f'partijiet ta' Lorraine fi Franza tal-Lvant. Il-Franċiż kien il-lingwa tad-diplomazija u l-kultura fl-Ewropa bejn is-Seklu 17 u u d-19 u għadu użat ħafna.

Xi nies fi Franza jitkellmu wkoll bil-Bask, Breton, Katalan, Korsikan, Ġermaniż, Fjamming u Occitan.

Reliġjon

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Faċċata tan-Nofsinhar u nava ta 'Notre-Dame (Madonna bil-Franċiż) fl-2017, sentejn qabel in-nar, Koordinati: 48.8530°N 2.3498°E; Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
Reliġjożità fi Franza
reliġjon perċentaġġ
Insara
  
54%
Bla reliġjon
  
31%
Misilmin
  
4%
Lhud
  
1%
Oħrajn
jew bla opinjoni
  
10%

Franza hi stat sekulari u l-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon. Il-popolazzjoni hi bejn wieħed u ieħor, 51% Kattolika, 31% tan-nies huma anjostiċi jew atej, 4% huma Misilmin, 3% jgħidu li huma Protestanti u 1% jgħidu li huma Lhud. 10% huma minn reliġjonijiet oħra jew ma għandhomx opinjoni dwar ir-reliġjon.

Skont stħarriġ tal-opinjoni fl-2005:

  • 34% taċ-ċittadini Franċiżi jgħidu li "jemmnu li hemm Alla".
  • 27% jgħidu li "jemmnu li hemm xi spirtu jew qawwa tal-ħajja".
  • 33% jgħidu li "ma jemmnux li hemm xi spirtu, Alla jew qawwa tal-ħajja.".

Letteratura

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
It-Tliet Muskettieri ta' Alexandre Dumas

Il-letteratura Franċiża bdiet fil-Medjuevu. Il-Franċiż kien maqsum f'bosta djaletti dak iż-żmien u l-ortografija kienet tvarja minn awtur għall-ieħor.

Matul is-Seklu 17, l-awturi ewlenin kienu Pierre Corneille, Jean Racine, Moliere Blaise Pascal u René Descartes.

Fis-sekli 18 u 19, il-letteratura Franċiża laħqet l-aqwa tagħha. Fis-seklu 18 kien raw saġġisti u moralisti bħal Voltaire u Jean-Jacques Rousseau. Ħafna mir-rumanzi Franċiżi famużi inkitbu fis-seklu 19 minn awturi bħal Victor Hugo, Alexandre Dumas u Jules Verne. Dawn kitbu rumanzi popolari bħall It-Tliet Muskettieri, Il-Konti ta' Monte Cristo, Għoxrin Elf Liga taħt il-Baħar u Il-Ħotbi ta' Notre-Dame. Fost il-kittieba tar-rumanzi tas-seklu 19 insibu 'l Emile Zola, Guy de Maupassant, Théophile Gautier u Stendhal.

Arti

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Claude Monet waqqaf il-moviment Impressionista (Femme avec un parasol, 1886, Musée d'Orsay).

Il-bidu tal-arti Franċiża kien influwnzat ħafna mill-arti Fjamminga u Taljana fi żmien ir-Rinaxximent. L-iSkola tal-Pittura ta' Fontainebleau fir-rinaxximent kienet imnebbħa direttament minn pitturi Taljani bħal Primaticcio u Rosso Fiorentino, li tnejn kienu jaħdmu Franza. Tnejn mill-pitturi l-iżjed famużi ta' żmien il-Barokk, Nicolas Poussin u Claude Lorrain, kienu jgħixu l-Italja. Is-seklu 17 kien il-perjodu meta l-pittura Franċiża saret l-iżjed prominenti u individwalizzat ruħha permezz tal-klassiċiżmu. Il-priminstru ta' Lwiġi XIV Jean-Baptiste Colbert fl-1648 waqqaf l-Akkademja Rjali tal-Pittura u Skultura biex tipproteġi dawn l-artisti. u fl-1666 ħalaq l-Akkademja Franċiża f'Ruma, li għadha sejra, biex ikun hemm kuntatt dirett mal-artisti Taljani.

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Le Penseur ta' Auguste Rodin (1902), Musée Rodin, Pariġi.

Fis-seklu 18, l-artisti Franċiżi żvillupaw l-istil rokoko, verżjoni iżjed intima tal-istil barokk ta' qabel. Ix-xogħlijiet tal-artisti appoġġati mill-qorti rjali Antoine Watteau, François Boucher u Jean-Honoré Fragonard huma eżempji mill-aħjar ta' dan l-istil. Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ġabet bidliet kbar, billi Napuljun kien jiffavorixxi l-artisti tal-istil neoklassiku bħal Jacques-Louis David u l-Académie des Beaux-Arts li kellha ħafna influwenza stabbiliet l-istil magħruf bħala Akkademiżmu. F'din l-epoka Franza saret ċentru ta' ħolqien artistiku u l-ewwel nofs tas-seklu 19 kien iddominat minn żewħ movimenti, wieħed wara l-ieħor. L-ewwel kien ir-Romantiċiżmu b'Théodore Géricault u Eugène Delacroix, u mbagħad ir-Realiżmu b'Camille Corot, Gustave Courbet u Jean-François Millet, stil li spiċċa biex żviluppa fin-Naturaliżmu.

Fit-tieni nofs tas-seklu 19, l-influwenza ta' Franza fuq il-pittura saret saħansitra iżjed importanti, bl-iżvilupp ta' stili ġodda ta' pittura bħall-Impressjoniżmu u s-Simboliżmu. Il-pitturi impressjonisti l-iżjed famużi kienu Camille Pissarro, Édouard Manet, Edgar Degas, Claude Monet u Auguste Renoir. It-tieni ġenerazzjoni tal-pitturi tal-istil impressjonista Paul Cézanne, Paul Gauguin, Toulouse-Lautrec u Georges Seurat kienu wkoll fir-ras ta' evoluzzjonijiet artistiċi flimkien mal-artisti fauvisti Henri Matisse, André Derain u Maurice de Vlaminck. fil-bidu tas-seklu 29 Georges Braque u l-pittur Sspanjol Pablo Picasso, li kien jgħix Pariġi, żviluppaw il-Kubiżmu. Kien hemm pitturi oħra barranin li kienu joqogħdu u jaħdmu Pariġi jew fil-qrib, bħal Vincent van Gogh, Marc Chagall, Amedeo Modigliani u Wassily Kandinsky.

Sports

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Il-Peloton (tfisser "il-qattgħa" bil-Franċiż) tat-Tour de France

It-tiġrija tar-roti, Tour de France, li ssir kull Lulju hija wieħed mill-avvenimenti sportivi l-aktar magħrufa. Din-tellieqa tieħu tliet ġimgħat u twila madwar 3500 km, tgħaddi minn ħafna minn Franza u tintemm fiċ-ċentru ta' Pariġi, fl-Avenue des Champs-Elysées.

Il-Futbol hu sport ieħor popolari fi Franza. It-tim Franċiż rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol fl-1998 u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-1984 u fl-2000.

Franza tospita wkoll tiġrija ta' 24 Siegħa tal-karozzi ta' Le Mans. Il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby sar Franza fl-2007 u Franza spiċċat ir-raba'.

Franza kellha x'taqsam ħafna mal-Logħob Olimpiku Modern. Fl-aħħar tas-seklu 19, il-Baruni Pierre de Coubertin issuġġerixxa li jibda jsir il-Logħob Olimpiku mill-ġdid. Franza ospitat l-Olimpjadi tas-Sajf darbtejn, fl-1900 u 1924, f'Pariġi. Franza ospitat ukoll l-Olimpijadi tax-Xitwa tliet darbiet, fl-1924 f'Chamonix, fl-1968 f'Grenoble, u fl-1992 f'Albertville.

Kċina

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Terrina tas-salamun bil-ħabaq

Il-kċina Franċiża influwenzat l-istil tat-tisjir madwar l-Ewropa kollha, u l-koki Franċiżi jaħdmu fir-ristoranti madwar id-dinja.

L-"haute cuisine" bdewha koki famużi Franċiżi bħal François Pierre La Varenne (1615-1678) u l-kok ta' Napuljun, Marie-Antoine Careme ( 1784-1833). Dawn il-koki żviluppa stil eħfef ta ikel imqabbel mal-ikel tal-Medjuevu. Użaw inqas ħwawar u aktar ħxejjex aromatiċi u l-krema.

Il-kċina Franċiża fis-seklu 20 zviluppaha l-iżjed Auguste Escoffier (1846-1935)li kien ġenju fl-organizzazzjoni. Sab kif għandhom jiġu maniġġati ristoranti kbar, bħal f'lukanda kbira jew f'palazz, kif il-ħaddiema għandhom jiġu organizzati u kif il-menu għandu jitħejja. Huwa kellu metodi għall kollox. L-akbar kontribuzzjoni ta' Escoffier kienet il-pubblikazzjoni ta' La Guide Culinaire fl-1903, li stabbiliet l-fundamenti tat-tisjir Franċiż. Escoffier immaniġġa r-ristoranti u l-kċina fil-lukandi Savoy u Carlton f' Londra, ir-Ritz f'Pariġi. Forsi l-iżball ta' Escoffier kien li ħalla barra ħafna mill-karattru kulinari li nsibu fir-reġjuni ta' Franza.

Fis-seklu 20 il-Gastro-turiżmu u l-gwida Michelin għenu biex in-nies isiru jafu kemm hi għanja l-kċina tal-borġeżija u tal-gabillotti fil-kampanja Franċiża. Il-kċina ta' Gascogne kellha influwenza kbira fuq il-kċina tal-Lbiċ ta' Franza. Ħafna platti li darba kienu reġjonali infirxu b'varjazzjonijiet mal-pajjiż. Il-Ġobon u l-Inbid huma parti ewlenija tal-kċina. Franza ta' Fuq in-nies jippreferu jużaw il-butir biex isajru waqt li fi Franza t'Isfel jippreferu ż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm. Franza, kull reġjun għandu l-platti speċjali tiegħu bħax-choucroute f'Alsace, il-quiche f'Lorraine, il-cassoulet f'Languedoc-Roussillon u t-tapenade f'Provence-Alpes-Côte d'Azur.

F'Novembru 2010, UNESCO żid il-gastronomija Franċiża mal-lista tal-"patrimonju kulturali intanġibbli".

Turiżmu

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi
Il-Palazz ta' Versailles, waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari fi Franza

Franza hija l-akbar destinazzjoni turistika fid-dinja. Fl-2007, 81.9 miljun turist barranin żaru Franza. Spanja it-tieni (58.5 miljun fl-2006) u l-iStati Uniti it-tielet (51.1 miljun fl-2006). Fost l-attrazzjonijiet l-aktar famużi hemm it-Torri Eiffel u l-Arc de Triomphe f'Pariġi u Mont Saint Michel, fin-Normandija.

F'subborg fil-Lvant ta' Pariġi hemm Disneyland Ewropeja. din l-attrazzjoni infetħet fl-1992 u saret wkoll destinazzjoni turistika popolari fl-Ewropa.

Gallerija tal-Bliet ta' Franza Kontinentali

Gallerija tal-Bliet ta' Franza Barranija

Gallerija Storika

Munita

Franza: Pajjiż fl-Ewropa tal-Punent

Renju ta' Franza (987-1792, 1814-1815, 1815-1848)

Ir-Renju ta' Franza (bil-Franċiż: Royaume de France) huwa l-isem storjografiku jew it-terminu catch-all applikat għal diversi entitajiet politiċi ta' Franza matul il-Medju Evu u l-perjodu modern bikri. Kien wieħed mill-aktar stati qawwija fl-Ewropa sa mill-Medju Evu Bikri. Kienet ukoll waħda mill-ewwel poteri kolonjali, b’possedimenti mad-dinja kollha.

Franza oriġinat bħala Franza tal-Punent, in-nofs tal-punent tal-Imperu Karolingju, wara t-Trattat ta' Verdun (843). Fergħa tad-dinastija Karolingja baqgħet tmexxi sal-987, meta Hugh Capet ġie elett re u waqqaf id-dinastija Kapetjana. It-territorju baqa' jkun magħruf bħala Franza u l-ħakkiem tiegħu bħala r-rex Francorum ("sultan tal-Franki") sew fil-bidu tal-Medju Evu. L-ewwel re li sejjaħ lilu nnifsu rex Francie ("sultan ta' Franza") kien Filippu II, fl-1190, u uffiċjalment mill-1204. Minn dak iż-żmien 'il quddiem, Franza kienet immexxija kontinwament mill-Kapetjani u l-fergħat kadetti tagħhom—il-Valois u l-Bourbons. sakemm il-monarkija ġiet abolita fl-1792, fi ħdan il-qafas tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Ir-Renju ta’ Franza kien ukoll iggvernat f'għaqda personali mar-Renju ta' Navarra għal żewġ perjodi, mill-1284 sal-1328 u mill-1572 sal-1620, is-sena li fiha l-istituzzjonijiet ta' Navarra ġew aboliti u Franza annessetha kompletament (għalkemm ir-re ta' Franza baqgħet tuża t-titlu “re ta' Navarre” sat-tmiem tal-monarkija).

Franza fil-Medju Evu kienet monarkija deċentralizzata u feudali. Fil-Brittanja u l-Katalunja, kif ukoll fl-Aquitaine, l-awtorità tar-re Franċiż bilkemm kienet innutata. Lorraine u Provence kienu stati tal-Imperu Ruman Qaddis u kienu għadhom ma kinux parti minn Franza. Għall-ewwel, ir-rejiet tal-Punent ta' Franza ġew magħżula minn magnati sekulari u ekkleżjastiċi, iżda l-inkurunazzjoni regolari tal-iben il-kbir tar-re renjanti matul ħajtu missieru stabbilixxiet il-prinċipju tal-primoġenitura maskili, li kien ikkodifikat fil-liġi Salika. Matul l-aħħar tal-Medju Evu, ir-rivalità bejn id-dinastija Kapetjana, ħakkiema tar-Renju ta' Franza, u l-vassalli tagħhom tad-Dar Plantagenet, li ħakmet ukoll ir-Renju tal-Ingilterra bħala parti mill-Imperu Angevin, tat lok għal bosta ġlidiet armati. L-aktar notorji minn dawn hija s-sensiela ta' kunflitti magħrufa bħala l-Gwerra tal-Mit Sena (1337-1453), li fiha r-rejiet tal-Ingilterra ħadu t-tron Franċiż. Wara li ħarġet rebbieħa minn dan il-kunflitt, Franza fittxet li testendi l-influwenza tagħha għall-Italja, iżda ġiet megħluba minn Spanja u l-Imperu Ruman Qaddis fil-Gwerer Taljani ta' wara (1494-1559).

Franza fl-Età Moderna bdiet tiċċentralizza; Il-lingwa Franċiża bdiet tiċċaqlaq lingwi oħra mill-użu uffiċjali, u l-monarka kabbar is-setgħa assoluta tiegħu, għalkemm f'sistema amministrattiva (ir-Reġim Antik) ikkumplikata minn irregolaritajiet storiċi u reġjonali fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni, diviżjonijiet legali, ġudizzjarji u ekkleżjastiċi, u prerogattivi lokali. Mil-lat reliġjuż, Franza kienet maqsuma bejn il-maġġoranza Kattolika u minoranza Protestanti, l-Ugonotti, li taw lok għal sensiela ta’ gwerer ċivili, il-Gwerer tar-Reliġjon (1562-1598). Il-gwerer reliġjużi pparalizzaw lil Franza, iżda r-rebħa fuq Spanja u l-Imperu Habsburg fil-Gwerra tat-Tletin Sena għal darb'oħra għamlet Franza l-iktar nazzjon b'saħħtu fil-kontinent. Is-saltna saret il-qawwa kulturali, politika u militari tal-Ewropa fis-seklu 17 taħt Louis XIV.2 B'mod parallel, Franza żviluppat l-ewwel imperu kolonjali tagħha fl-Asja, l-Afrika u l-Amerika. Matul is-sekli 16 u 17, l-ewwel imperu kolonjali Franċiż kopra erja totali ta 'aktar minn 10,000,000 km2 fl-aqwa tiegħu fl-1680. Kien it-tieni l-akbar imperu fid-dinja f'dak iż-żmien wara l-Imperu Spanjol. Konflitti kolonjali mal-Gran Brittanja wasslu għat-telf ta' ħafna mill-possedimenti tagħha fl-Amerika ta’ Fuq fl-1763. L-intervent Franċiż fil-Gwerra Rivoluzzjonarja Amerikana għen biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Istati Uniti l-ġodda tal-Amerika, iżda kien jiswa ħafna flus u ġab ftit benefiċċji għal Franza. .

Ir-Renju ta' Franza adotta kostituzzjoni bil-miktub fl-1791, iżda r-renju tneħħa sena wara u sostitwit bl-Ewwel Repubblika Franċiża. Il-poteri l-kbar l-oħra rrestawraw il-monarkija fl-1814, u damet (ħlief għall-Mit Jum fl-1815) sal-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1848.

Kontea ta' Artois (1237-1659)

Il-Kontea ta' Artois (bil-Franċiż: comté d'Artois, bl-Olandiż: graafschap Artesië) kienet provinċja storika tar-Renju ta' Franza, immexxija mid-Duki ta' Burgundy mill-1384 sal-1477/82, u stat tal-Imperu Ruman Imqaddes mill-1493. sal-1659.

Illum it-territorju tal-kontea ta 'Artois jinsab fit-tramuntana ta' Franza, fuq il-fruntiera mal-Belġju. It-territorju tiegħu għandu erja ta' madwar 4000 km² u popolazzjoni ta' madwar miljun. L-ibliet ewlenin tagħha huma Arras (Atrecht), Calais (Kales), Boulogne-sur-Mer (Bonen), Saint-Omer (Sint-Omaars), Lens u Béthune. Jifforma l-intern tad-dipartiment Franċiż ta 'Pas-de-Calais.

Data

Kapitali: Arras (Atrecht); Lingwa Uffiċjali: Qadim u nofs Olandiż, Franċiż; Gvern: Monarkija feudali; Konti ta' Artois: Robert I (l-ewwel) (1237-1250), John Fearless (l-aħħar) (1404-1419); Perjodu Storiku: Medju Evu - Età Moderna: Maħluq-1180, Konti Robert I-1237, Parti minn Burgundy-1384, Mgħoddi lill-Habsburgs-1493, Magħqudin għaċ-Ċirku ta' Burgundy-1512, Riverżjoni għal Franza-5 ta' Novembru 1659, Abolizzjoni tat-titli nobbli Franċiżi-21 ta' Settembru, 1792; Illum huwa parti mid-Dipartiment ta 'Pas-de-Calais (Franza).

Dukat tal-Brittanja (1 ta' Awwissu, 939-13 ta' Awwissu, 1547)

Id-Dukat tal-Brittanja (bil-Franċiż, Duché de Bretagne; bil-Breton, Dugaelez Breizh) kien entità politika feudali tal-Medju Evu, maħluqa mir-rejiet Merovingi fis-seklu 6 bħala dipendenza tal-Imperu Franki, iżda mrażżna bil-forza. matul id-dinastija tal-Karolingja biex aktar tard jerġa' jiġi ddaħħal mill-ġdid, wara x-xoljiment tar-Renju tal-Brittanja, fl-10 seklu, fit-territorju approssimattiv tal-erba' dipartimenti tar-reġjun Franċiż tal-Brittanja u d-dipartiment ta' Loire-Atlantique.

Motto: Potius mori quam foedari "Mewt qabel diżunur"; Kapitali: Nantes (de facto), Rennes (de facto), Vannes (de facto); Lingwa Uffiċjali: Latin u mis-seklu 13 il-Franċiż; Lingwi Oħra (mitkellma): Breton, Galliku (Franċiż Qadim); Reliġjon: Kristjaneżmu, Perjodu Storiku: Medju Evu, Rinaxximent: 1 ta' Awwissu, 939-Battalja ta' Trans-la-Fôret, 13 ta' Awwissu, 1547-Għaqda ma’ Franza; Forma ta' Gvern: Dukat; Duka tal-Brittanja: Alan II (938-952), Henry (1536-1547).

Monarkija doppja tal-Ingilterra u Franza (21 ta' Ottubru, 1422-19 ta' Ottubru, 1453)

Il-monarkija doppja tal-Ingilterra u Franza kienet teżisti matul l-aħħar fażi tal-Gwerra tal-Mit Sena, meta Karlu VII ta' Franza u Enriku VI tal-Ingilterra kkontestaw is-suċċessjoni għat-tron Franċiż. Din bdiet fil-21 ta' Ottubru, 1422 wara l-mewt tar-Re Karlu VI ta' Franza, li kien iffirma t-Trattat ta' Troyes li ta l-kuruna Franċiża lill-iben tiegħu Enriku V tal-Ingilterra u l-werrieta ta' Enriku. Eskludiet it-tifel tar-Re Karlu, id-Dauphin Charles, li bi dritt tat-twelid kien il-werriet tar-Renju ta' Franza. Għalkemm it-Trattat ġie ratifikat mill-Istati Ġenerali ta' Franza, l-att kien kontravvenzjoni tal-liġi Franċiża tas-suċċessjoni li ddeċidiet li l-kuruna Franċiża ma setgħetx tiġi aljenata. Enriku VI, iben Enriku V, sar re tal-Ingilterra u Franza u kien rikonoxxut biss mill-Ingliżi u l-Burgundi sal-1435 bħala r-Re Enriku II ta' Franza. Ġie inkurunat re ta' Franza fis-16 ta' Diċembru, 1431.

F'termini prattiċi, it-talba tar-Re Henry għas-sovranità u l-leġittimità de jure bħala re ta' Franza kienet rikonoxxuta biss fit-territorji ta' Franza kkontrollati mill-Ingilterra u l-alleati tagħha li kienu taħt id-dominju tal-kunsill tar-reġenza Franċiż tiegħu, filwaqt li d-Dauphin ħakem bħala re ta' Franza. f’parti mir-renju fin-nofsinhar tax-Xmara Loire.

Id-Dauphin ġie inkurunat Re Karlu VII ta' Franza f'Reims fis-17 ta’ Lulju 1429, l-aktar grazzi għall-isforzi marzjali ta' Joan of Arc, li emmnet li l-missjoni tagħha kienet li teħles lil Franza mill-Ingliżi u tinkuruna lid-Dauphin Charles f’Reims. . Fl-1435, id-Duka ta’ Burgundy, meħlus mill-obbligi tiegħu lejn Enriku VI minn legat papali, irrikonoxxa lil Karlu VII bħala r-re leġittimu ta' Franza. Id-defezzjoni ta' dan nobbli Franċiż qawwi mmarkat it-tnaqqis tar-renju de facto ta' Henry fuq Franza. Il-monarkija doppja ġiet fi tmiemha bit-teħid ta' Bordeaux mill-forzi ta’ Karlu VII fid-19 ta' Ottubru, 1453 wara r-rebħa finali tagħhom fil-Battalja ta' Castillon (17 ta' Lulju, 1453), u b’hekk spiċċat il-Gwerra tal-Mit sena. L-Ingliżi tkeċċew mit-territorji kollha li kienu kkontrollaw fi Franza, bl-unika eċċezzjoni ta' Calais. Karlu VII kien għalhekk stabbilixxa lilu nnifsu bħala r-re bla dubju ta’ kważi Franza kollha.

Stat: Għaqda personali bejn ir-Renju tal-Ingilterra u r-Renju ta' Franza; Gvern: Monarkija: Re: Enriku VI tal-Ingilterra u II ta' Franza 21 ta' Ottubru, 1422–19 ta' Ottubru, 1453; Epoka Storika: Medju Evu: Trattat ta' Troyes-21 ta' Mejju 1420, Mewt ta' Karlu VI ta' Franza-21 ta' Ottubru 1422, Inkurunazzjoni ta' Henry II f'Notre-Dame ta' Paris-16 ta' Diċembru, 1431, Trattat ta' Arras- 20 ta' Settembru/ 21, 1435, Telf ta' Bordeaux-19 ta' Ottubru, 1453.

Imperu Angevin (25 ta' Ottubru 1154–27 ta' Lulju, 1214)

It-terminu Imperu Angevin (/ˈændʒɪvɪn/; Franċiż: Empire Plantagenêt) jiddeskrivi l-possedimenti tad-Dar Plantagenet matul is-sekli 12 u 13, meta ħakmu fuq żona li tkopri bejn wieħed u ieħor nofs Franza, l-Ingilterra kollha, u partijiet mill-Irlanda u Wales, u kellu aktar influwenza fuq ħafna mill-Gżejjer Brittaniċi li kien fadal. Jista' jiġi deskritt bħala eżempju bikri ta' monarkija komposta.[3] L-imperu ġie stabbilit minn Henry II tal-Ingilterra, li ħa post missieru Geoffrey bħala Duka tan-Normandija u Konti ta' Anjou (li minnu ġej it-terminu Angevins). Enriku żżewweġ lil Eleanor ta 'Aquitaine fl-1152, akkwista d-Dukat ta' Aquitaine, u wiret it-talba ta 'ommu l-Imperatriċi Matilda għat-tron Ingliż, wara r-rivali tiegħu Stephen fl-1154. primarjament fil-kontinent f'Angers f'Anjou, u f'Chinon f'Touraine.

L-influwenza u s-setgħa tad-Dar ta' Anjou ġabuhom f'kunflitt mar-rejiet ta' Franza tad-Dar ta' Capet, li lilhom kienu wkoll dovuti ġieħ feudali għall-possedimenti Franċiżi tagħhom, u ġabu perijodu ta' rivalità bejn id-dinastiji. Minkejja l-estent tal-ħakma Angevin, iben Henry Ġwanni ġie megħlub fil-Gwerra Anglo-Franċiża (1213–1214) minn Filippu II ta' Franza wara l-Battalja ta' Bouvines. John tilef il-kontroll tal-biċċa l-kbira tal-possedimenti kontinentali tiegħu, minbarra Gascony fin-Nofsinhar tal-Aquitaine. Din it-telfa waqqfet ix-xena għal aktar kunflitti bejn l-Ingilterra u Franza, li wasslu għall-Gwerra tal-Mit Sena.

Kapital: L-ebda kapital uffiċjali. Il-Qorti kienet ġeneralment miżmuma f'Angers u Chinon; Reliġjon: Kattoliċiżmu Ruman (uffiċjali); Gvern: Monarkija feudali; Epoka storika: Medju Evu: Enriku ta' Anjou jiret l-Ingilterra-25 ta' Ottubru, 1154, Battalja ta' Bouvines, telfa effettiva u, f'dak iż-żmien, li ma tistax tiġi rkuprata tan-Normandija u l-Anjou.-27 ta' Lulju, 1214, Trattat ta' Pariġi, Enriku III jirrikonoxxi formalment il-ħakma Kapetjana fuq Anjou, Poitou, Maine, u Normandija-4 ta' Diċembru, 1259.

Dukat tan-Normandija (911-1204)

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
Bandiera
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
Tarka (1066-1087)
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
Il-fruntieri storiċi tan-Normandija fil-majjistral ta' Franza ta' llum u ċ-Channel Islands (Dipendenzi Brittaniċi).
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
Dukat tan-Normandija (seklu 12)
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
Kastelli fid-Dukat tan-Normandija (seklu 11-12)
Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
L-organizzazzjoni ekkleżjastika tad-Dukat tan-Normandija (isqof u monasteri ewlenin fis-seklu 11).

Id-Dukat tan-Normandija għandu l-oriġini tiegħu fit-Trattat ta' Saint-Clair-sur-Epte, miftiehem fl-911 bejn ir-Re Karlu III ta' Franza (Is-Sempliċi) u l-kap Viking Rollón. Bi skambju għall-ġurament ta' lealtà lir-re ta' Franza, il-protezzjoni tal-artijiet minn invażjonijiet minn popli Vikingi oħra, il-konverżjoni għall-fidi Kattolika u ż-żwieġ lil Giselle, it-tifla illeġittima tar-re, Rollón u l-“Irġiel tat-Tramuntana” tiegħu (in-Normanni, mill- Latin Northmannorum) jirċievu l-Kontea ta' Rouen, il-Pays de Caux u l-Pays de Talou (reġjun ta' Dieppe), artijiet maħkuma min-Normanni. Dawn jikkostitwixxu n-Normandija ta' Fuq, jiġifieri l-eqdem Normandija, għall-kuntrarju tat-territorji aktar tard inkorporati fid-dukat, li jiffurmaw in-Normandija t'Isfel.

Inizjalment, il-kapitali kienet il-belt ta 'Rouen. Aktar tard, wara l-espansjoni tad-dukat lejn il-punent, il-kapitali ġiet imċaqalqa għal Caen.

Fl-928 il-kontej ta 'Évreux, Hiémois (reġjun Bayeux) u Bessin (reġjun Argentan u Falaise) ġew miżjuda.

Fl-931-934, William I Long Sword inkorpora t-territorji ta 'Cotentin u Avranches.

Fl-933 il-Gżejjer Channel, li jinsabu fil-Kanal Ingliż, ġew inkorporati.

Id-Duki tan-Normandija

Filwaqt li l-predeċessuri tiegħu rċevew it-titlu ta' Jarl of the Normans jew Earl ta' Rouen, kien Rikardu II tan-Normandija li, meta ħa post Richard I, irċieva t-titlu ta' Duka tan-Normandija għall-ewwel darba.

Fl-1204, id-dukat ġie anness mal-kuruna mir-re Franċiż Filippu Awgustu. Id-diversi rejiet Ingliżi baqgħu jippretendu t-territorji tad-dukat sal-iffirmar tat-Trattat ta' Pariġi fl-1259. Madankollu, il-kuruna Ingliża baqgħet tirregola l-Gżejjer Anglo-Normanni bħala parti mid-dukat.

Id-dukat ingħata f’diversi okkażjonijiet lil membru tal-familja rjali Franċiża: hekk Filippu IV ta' Franza tah lil ibnu l-ewwel imwieled, il-werriet tat-tron; Ġwanni II ta' Franza, lil ibnu l-futur Karlu V ta' Franza, magħruf ukoll bit-titlu tiegħu ta' dauphin. Dan aktar tard ta lil ħuh Louis XI, magħruf aħjar bit-titlu tiegħu Duka ta' Berry. Id-Dawfin Louis Charles, it-tieni iben ta' Louis XVI, ġie rikonoxxut bħala Duka tan-Normandija qabel il-mewt ta' ħu l-kbir fl-1789.

Id-Duka tan-Normandija kien wieħed mis-sitt sħabhom lajċi tal-bidu.

Subdiviżjonijiet

Id-Dukat tan-Normandija kien aktar suddiviż f'diversi kontej u vikonti.

Kontej:

  • Kontea ta' Arques
  • Kontea ta' Beaumont-le-Roger
  • Kontea tal-Eu
  • Kontea ta' Evreux
  • Kontea ta' Hiémois
  • Kontea ta' Longueville
  • Kontea ta' Mortain
  • Kontea ta' Talou
  • Kontea ta' Tancarville

Viscounties

  • Vikontea ta:l-Cotentin
  • Viscounty ta Hiémois

Data

Kapitali: Rouen; Entità: Dukat Sovran; Lingwa Uffiċjali: Latin, Norman; reliġjon Kattolika; Perjodu Storiku: Medju Evu: 911-Trattat ta' Saint-Clair-sur-Epte, 1066-1071-Konkwista tal-Ingilterra, 1144-Maħbub minn Anjou, 1259-Trattat ta' Pariġi, 1337–1453-Gwerra ta' Mitt Sena, 1204- Assorbit fid-dominji tal-kuruna Franċiża, 1790-Maqsuma f'dipartimenti; Forma ta' Gvern: Dukat Jarl, Duka: Hrolf Ganger (911-927), Rikardu II tan-Normandija (996-1027), Henry III (1216-1259), Ġwanni II (1332-1350), Charles of Valois (1465-1466).

Renju tal-Brittanja (851-938)

Franza: Ġeografija u Klima, Storja, Diviżjonijiet administrattivi 
Estensjoni tar-renju tal-Brittanja mill-845 sa l-867: Fl-Oranġjo l-Brittanja ta' Nominoé (845), Bil-Vjola l-Akkwisti bit-trattat ta' Angers (851), Bil-Blu l-Akkwisti bit-trattat ta' Entrammes (863), Bil-Aħdar ċar l-Akkwisti bit-trattat ta' Compiègne (867).

Ir-Renju tal-Brittanja (Rouantelezh Breizh) kien renju medjevali antik, li jinsab fuq il-peniżola omonima u parti min-Normandija. Kien jeżisti mit-851, is-sena li fiha r-re tal-Punent ta' Franza, Karlu l-Qargħi, għaraf lin-nobbli Breton Erispoe bħala re tal-Brittanja (trattat ta' Angers), sas-sena 939, meta Alanus Bigbeard (neputi tal-aħħar re tal-Brittanja) ħeles. ir-reġjun tad-dominju Norman u ħa t-titlu ta' duka.

Minn dak il-mument il-Brittanja saret vassall duċinote 1 tar-re ta' Franza sal-inkorporazzjoni definittiva tagħha fir-renju ta' Franza fl-1532.

Kapital: Mhux speċifikat; Lingwa Uffiċjali: Latin; Lingwi Oħra: Breton Medjevali; Reliġjon: Kristjaneżmu; Gvern: Monarkija; Re tal-Brittanja: Nominoe (874-877), Erispoe (851-857), Salamun I tal-Brittanja (857-874), Pascweten Gurvant (874-877), Judicael (877-888), Alano I tal-Brittanja (890-907), Gurmaelón (908-913), Alano Barbatuerta (l-aħħar re tal-Brittanja u l-ewwel duka tal-Brittanja) (936-952).

Referenzi

Ħoloq esterni

    Economija
    Kultura
    Turizmu

Tags:

Franza Ġeografija u KlimaFranza StorjaFranza Diviżjonijiet administrattiviFranza GvernFranza Il-militarFranza Relazzjonijiet barraninFranza EkonomijaFranza KulturaFranza Gallerija tal-Bliet ta KontinentaliFranza Gallerija tal-Bliet ta BarranijaFranza Gallerija StorikaFranza MunitaFranza StorjaFranzaLingwa FranċiżaPariġiUnjoni Ewropea

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Kumpanija Ferrovjarja RetikaBarokkSannat Lions FCTimor tal-LvantGżejjer CookEmma WatsonJ. J. CamilleriCristiano RonaldoĠorġ PisaniTabibSri LankaĠużè Ellul MercerIż-ŻurrieqMewtMediaWikiUgo Mifsud BonniciAvukatAlof de WignacourtDun Karm PsailaSqallijaOmbra mai fuPartit Laburista (Malta)Charles CashaImqaretStorjaEvanġeljuĦal LijaFortalezaTazza GħawdxijaQala Saints FCClaudio MonteverdiNazzjonaliżmuPalazz tal-Gran MastruAlex FergusonOrganizzazzjoni Dinjija tas-SaħħaBaskitbolXama' tax-xagħarFotografuFilosofija f'MaltaRaġelBeyoncéKorea ta' FuqPopolazzjoniVictoria Hotspurs FCMikiel GonziAffissAngela MerkelĦal GħaxaqMichael MifsudL-element semitiku fil-MaltiBerġa ta' KastiljaGerry ZammitĦelsien (rumanz)ĊessBuenos AiresKulturaDun Mikiel XerriArkeoloġijaTa' Xbiex SCSurinamRabat Ajax FCVittoriosa Stars FCEsperantoGħaxar KmandamentiAsja🡆 More